Il-preżenza tal-Ilsien Malti fil-proġetti kirografiċi u semjotiċi ta’ William Wolkowski

Taħdita pubblika minn Dr Mario Cassar

f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta,

nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018, fis-6.15 p.m.

Il-kirografija hija l-istudju tal-arti tal-kitba bl-idejn bħala għodda espressiva, u li għaldaqstant għandha dimensjoni estetika daqskemm semjotika. William Wolkowski huwa professur Franċiż-Pollakk li ħakem l-arti tal-kirografija u li bħal skriba medjevali jfittex li jagħti kulur, timbru, karattru lil dawk it-testi li jagħżel jinterpreta. Mill-1987 ’l hawn espona l-kollezzjonijiet kirografiċi tiegħu fi sbatax-il pajjiż differenti. F’dawn ix-xogħlijiet kultant jitfaċċaw anki kontribuzzjonijiet bil-Malti. Fil-fatt, s’issa, l-ilsien Malti deher f’mhux anqas minn tlettax-il proġett kirografiku minn tiegħu. Fost dawn nistgħu nsemmu l-Ave Maria u l-Pater Noster, kif ukoll kwotazzjonijiet minn Lewis Carroll, Nicolai Gogol, Arthur Rimbaud, Marie Curie, William Shakespeare, Il-Vanġelu ta’ San Ġwann, u l-Apokalissi. Dan l-aħħar Wolkowski nieda wkoll proġett interessanti fuq il-poeżija Marjana bil-Malti. L-interpretazzjonijiet kirografiċi ta’ dawn il-poeżiji sa jidhru għall-ewwel darba appuntu waqt din it-taħdita. Sa jidhru wkoll għall-ewwel darba tliet interpretazzjonijiet tal-famuża Ode to Joy ta’ Schiller bil-Malti.

Jekk jogħġbok irreġistra ruħek li se tattendi billi tibgħat email fl-indirizz elettroniku: info@akkademjatalmalti.org

Importanti ħafna li għal raġunijiet ta’ sigurtà nieħdu ħsieb nuru l-karta tal-identità fil-bieb prinċipali ta’ Dar l-Ewropa.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-preżenza tal-Ilsien Malti fil-proġetti kirografiċi u semjotiċi ta’ William Wolkowski

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Il-kirografija fiha arti u diskussjoni.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s