Terġax tmiddni fil-maxtura

Bħalma nagħmel ta’ kull sena
meta joqrob il-Milied
il-presepju bdejt biex narma
b’għaġla xejn, kollox bil-kwiet.

Waqt li bdejt narma l-pasturi,
baqra, ħmara w nagħaġ ċkejknin,
smajt bħal leħen ikellimni
mill-fomm ħelu tal-Bambin.
 
“Terġax tmiddni fil-maxtura
ġo dak l-għar, mudlam, bla sura.
Nieżla x-xita, qam ir-riħ,
hemm se nerġa’ nbati l-ksieħ.
Sibli post għall-kenn u r-rdoss,
post fejn ebda ksieħ ma nħoss.”

U waqaft bil-Bambin f’idi,
b’ħarsti mwaħħla fiss f’għajnejh.
Fhimt li stajt naqtagħlu xewqtu
billi nżid imħabbti lejh.

“Ġesù,”  għedtlu, “din is-sena
mill-maxtura se nneħħik.
Sibtlek post fejn tkun għal qalbek,
ġewwa qalbi se npoġġik.”

Carmel G. Cauchi

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Nixtieq minn qalbi, il-Milied it-Tajjeb 2017 u s-Sena t-Tajba 2018 mogħnija bis-saħħa, bis-sliem u bil-ġid, lilkom kollha għeżież ħbieb tiegħi, uffiċjali u membri fl-Akkademja tal-Malti u lill-familja tagħkom.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s