Charles Daniel Saliba, l-awtur tas-serje bilingwi Malti-Ingliż Malti għall-Barranin, għadu kemm ippubblika l-aħħar ktieb ta’ din is-serje bl-isem: Maltese Grammar Essentials in Context 3. Issa s-serje tammonta għal 14-il ktieb maqsuma fuq l-ewwel tliet livelli tal-Common European Framework for Languages akkumpanjat minn CD jew USB u tliet sillabi.
Dan il-ktieb hu mfassal bħaż-żewġ kotba tal-grammatika ta’ qablu iżda jittratta aspetti tal-grammatika f’aktar dettall. Dan kollu jsir f’kuntest għaliex il-grammatika tinħareġ minn testi varji li jippreżentaw sitwazzjonijiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Billi dan huwa grammatika f’kuntest, min jużah ikun jitħarreġ fl-erba’ ħiliet tal-lingwa.
Is-CD tas-serje ġie aġġornat biex jinkludi s-sezzjonijiet li jinqraw f’dan il-ktieb biex b’hekk min jużah ikun jista’ jisma’ kelliema nattivi jaqraw is-siltiet jew id-djalogi. Il-files tas-serje ġew maqluba wkoll fuq USB biex ikunu aċċessibbli għal aktar mezzi teknoloġiċi.
Is-sena d-dieħla, l-ewwel tliet kotba tas-serje li jinsabu f’livell A1 se jinqalbu għal verżjoni Malti-Taljan bil-kotba jkunuLe mie prime 750 parole in maltese,Grammatica maltese essenziale e contestuale 1Parlo maltese 1.
Fl-2015 Saliba ggradwa f’livell ta’ Dottorat mill-Università ta’ Sheffield, fl-Ingilterra,  fejn speċjalizza fit-tagħlim tal-Malti għall-barranin sponsorjat minn borża ta’ studju tal-MGSS. Hu ppubblika r-riċerka tiegħu bit-titlu, ‘Teaching Maltese as a second language to adults’, din is-sena stess f’kapitlu fil-ktieb Informing Educational Change: Research Voices from Malta, editjat minn D. Hyatt, P. Clough u C. Nutbrown. Il-ktieb ġie ppubblikat mill-Università ta’ Sheffield. Għal aktar informazzjoni, żur www.charlesdanielsaliba.com.
Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s