REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA TRADUZZJONI

PREMJU MOGĦTI LIL PAUL ZAHRA GĦALL-KTIEB
MARCEL PROUST: GĦAT-TFITTXIJA TAŻ-ŻMIEN MITLUF: MIX-XAQLIBA TA’ DAR SWANN COMBRAY

Paul Zahra twieled fl-1960. Hu beda l-karriera professjonali tiegħu bħala għalliem fl-1986. Matul il-karriera tiegħu bħala għalliem hu għallem it-traduzzjoni bejn żewġ lingwi lil studenti tal-Franċiż, flimkien mal-letteratura Franċiża u l-Oqsma tal-Għerf; ilu jaħdem mill-2004 ’l hawn bħala traduttur full-time mal-Kummissjoni Ewropea. L-interess tiegħu fit-traduzzjoni letterarja jmur lura lejn id-disgħinijiet meta beda jaħdem fuq it-traduzzjoni tar-rumanz Meaulnes it-Twil ta’ Alain-Fournier, li sussegwentement ġie ppubblikat minn Faraxa fl-2012. Il-pubblikazzjoni fl-2013 tat-traduzzjoni tiegħu tan-novella Id-dar tal-qattus bir-rakketta f’idu ta’ Balzac hi l-ewwel traduzzjoni li tidher fis-sensiela Kollezzjoni Traduzzjonijiet Letterarji (KTL). It-traduzzjoni bil-Malti tar-rumanz epiku Salammbô ta’ Gustave Flaubert  fl-2014 rebbħitu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Qasam tat-Traduzzjoni.

Fl-2015 ippubblika Il-Kappillan ta’ Tours ta’ Honoré de Balzac u fl-2016 it-traduzzjoni ta’ Combray ta’ Marcel Proust li hi l-ewwel parti ta’ Mix-Xaqliba ta’ Dar Swann – l-ewwel rumanz mis-seba’ rumanzi ta’ Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf  ta’ Marcel Proust u li din is-sena rebbħitu għat-tieni darba l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Qasam tat-Traduzzjoni. Attwalment, Zahra wasal fil-fażi finali tat-tieni parti ta’ Mix-Xaqliba ta’ Dar Swann li se ġġib l-isem ta’ Imħabba ta’ Swann. Għandu wkoll diversi traduzzjonijiet qosra li jidhru f’rivisti lokali fosthom Il-Malti u Leħen il-Malti u numru ta’ kitbiet dwar it-teorija tat-traduzzjoni li huma disponibbli fuq academia.com.

Zahra għandu B.Ed. (Hons) mill-Università ta’ Malta u Master’s fl-analiżi testwali mill-Università ta’ Poitiers (Franza). Għandu wkoll diploma fit-tagħlim tal-Franċiż bħala lingwa barranija. L-istudji tat-traduzzjoni, il-letteratura klassika u moderna flimkien mal-istorja u l-kultura klassika huma l-oqsma ewlenin ta’ interess tiegħu.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Nirringrazzjak mill-qalb tat-tagħrif anness. Il-premju mogħti lil Paul Zahra huwa indubbjament xieraq għaliex awturi bħal Paul qed jagħtu ġieħ indelibbli u indimentikabbli lil pajjiżna. M’għandix dubju li l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu: Marcel Proust: Għat-Tfittxija Taż-Żmien Mitluf: Mix-Xaqliba Ta’ Dar Swann Combray- hi traduzzjoni ta’ suċċess.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s