Kiteb l-ewwel poeżija fi tfulitu meta tilef lil ommu

Meqjus bħala wieħed mill-vuċijiet prominenti li ħarġu mill-Moviment Qawmien Letterarju fit-tieni nofs tas-snin sittin, Victor Fenech ġie ppremjat għall-kontribut siewi fil-letteratura.

Viżibbilmet sodisfatt għar-rikonoxximent li kiseb fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Fenech stqarr ma’ Television Malta li jiftakar qisu lbieraħ meta kiteb l-ewwel poeżija.

“Darba kont ktibt waħdi – għax jien mititli ommi meta kont għadni żgħir, meta kelli 13-il sena, u bid-dwejjaq li kelli ktibt poeżija. Niftakar, ħabib tiegħi Richard Matrenza, li naħseb hawnhekk kulħadd jafu, kien qalli ħa naraha mbagħad għada nkellmek,” jirrakkonta Fenech. “Kien mar biha għand Karmenu Vassallo u ġie lura u qalli: ‘Qallek Karmenu tajba ħafna din il-poeżija’ – dik kienet il-bidu nett.”

Fost l-aktar ġabra ta’ xogħlijiet li baqgħet ittih sodisfazzjon kienet f’Altamira, fejn introduċa l-poeproża fil-letteratura Maltija, li hija riflessa fil-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet tiegħu. Fost il-poeproża li jibqa’ magħruf għaliha hemm Iż-Żabra, Pitiross, Tradiment u Samuraj.

L-indeċiżjoni, id-delużjoni bl-istituzzjonijiet, il-kuxjenza soċjali u s-sens ta’ immedjatezza li għandu jkollha l-poeżija huma wħud mix-xejriet lil jiddistingwu lis-Sur Fenech u li jiddefinuh tul il-mixja poetika tiegħu. “Il-ħolma tiegħi hija li għad nikteb l-istorja ta’ dawn is-sittin sena li ilni f’dan il-qasam.”

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippremja numru ta’ awturi u pubblikaturi għall-kontribut lettararju li taw lis-soċjetà Maltija s-sena li għaddiet. Il-premjijiet ġew ippreżentati mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-President Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, qal li l-Kunsill issa sar entità legali u akkwista binja storika fil-Belt, li se sservi bħala kwartieri ġdid tal-Kunsill.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat feraħ lill-aġenti letterarji lokali: il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, pubblikaturi u l-awturi nfushom tal-ħidma tagħhom biex tinħoloq ekosistema b’saħħitha ta’ kotba u qarrejja f’pajjiżna.

Kitba ta’ Melvic Zammit

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Kiteb l-ewwel poeżija fi tfulitu meta tilef lil ommu

  1. Mario Griscti says:

    Grazzi mill-qalb, tat-tagħrif anness. Victor Fenech, hu pilastru tal-letteratura moderna Maltija. Poeta impulsiv. Indubbjament li kien jixraqlu rikonoxximent ta’ ħidmietu fil-qasam letterarju.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s