Id-dar ewlenija tal-kotba Kite Group għadha kemm ippubblikat il-ktieb Anton Tabone Il-Pont bejn il-Gżira Reġjun u Malta Nazzjon miktub minn Sergio Grech, awtur tal-ewwel ktieb li ppubblikat il-kumpanija msemmija. L-ewwel ktieb kien il-bijografija tat-tabib Alexander Cachia Zammit li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-qarrejja Maltin.

F’dan il-ktieb il-ġdid Grech jitfa’ d-dawl fuq il-ħajja politika ta’ Anton Tabone, politiku Għawdxi, li ħajtu ddedikaha biex Għawdex reġjun ikun protagonist fl-ekonomija ta’ Malta nazzjon sew meta kien deputat fl-Oppożizzjoni kif ukoll meta kien Ministru għal Għawdex.

Grech juri kif Tabone nqata’ sa ċertu punt minn sħabu d-deputati l-oħra tal-Partit Nazzjonalista u ta dimensjoni u tifsira ġdida tal-kelma Għawdex fil-Parlament: l-ogħla istituzzjoni nazzjonali. Grech jirrakkonta diversi dwelli li Tabone kellu ma’ Duminku Mintoff, Anton Buttigieg, Lorry Sant, Pawlu Xuereb u oħrajn għax ħass li Għawdex mhux rispettat u mhux jingħata l-attenzjoni li ħaqqu.

Il-ħidma ministerjali tiegħu kienet importanti biex Għawdex ikollu għadd ta’ servizzi ġodda. Saret ħidma biex il-frekwenza tat-traġitti tal-vapur tikber u fuq kollox servizzi li tejbu l-komunikazzjonijiet bejn il-fliegu li ħafna drabi ddeterminaw l-insularità doppja ta’ Għawdex. Paradossalment f’dan is-settur 20 sena ilu konna aħjar.

Grech jevalwa kif matul is-snin issarrfet l-idea li l-pajjiż ikollu ministru speċifikament għal Għawdex u jara wkoll kif Għawdex ġie trattat fi programmi u manifesti elettorali mill-1921 sal-2017. Din il-bijografija hi xi ftit differenti mill-formula tas-soltu u ma timxix kronoloġikament.

Barra l-bijografija ta’ Anton Tabone, il-ktieb hu wkoll bijografija ta’ Għawdex. Hu ċ-ċavetta essenzjali għal min irid ikun jaf lil Għawdex politikament.

Il-ktieb ma jonqsux ukoll inċidenti ħelwin u jimla l-vojt dwar temi li f’Malta ftit ingħataw importanza mill-istudjużi Maltin. Pereżempju l-Kunsill Ċiviku. Aspett li jingħata ċertu importanza hu l-Kunsill Reġjonali li llum sar wegħda politika kostanti u li Tabone dejjem ħadem għalih.

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Sergio Grech, li fortunatament inzerta ħabib għażiż u kbir tiegħi, għamel biċċa xogħol oħra ta’ preġju u valur li jixirqilha rikonoxximent.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s