Fir-Renju tas-Siġar taċ-Ċawsli, Benjaminu, il-ħajjat tal-istejjer, kien isaħħar lil kulħadd bir-rakkonti tiegħu. Ma’ kull biċċa drapp li jmiss, kienet titfassal storja mill-isbaħ u jinħietu ħwejjeġ imnebbħin minn dan is-seħer …

Kien iżewwaq stejjer għas-Sinjorina Serafina, jinseġ rakkonti għat-twajba Reġina Mafalda, u ċ-ċkejkna Ċelestina kienet taf l-istejjer tiegħu bl-amment.

Iżda għall-Prinċep Fawstinu ma kellux aktar stejjer ta’ gwerer u battalji. Il-Prinċep irrabja bl-ikrah u l-imsejken Benjaminu spiċċa għall-frisk … maqful f’ċella umduża fil-palazz irjali iħares lejn l-istilel … sakemm darba, bla mistenni, xi ħadd ried jgħinu …

Rita Saliba hija l-awtur ta’ tliet kotba oħra fis-sensiela “Il-Ktieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba minn Horizons.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Bl-istejjer fantastiċi tagħha, Rita Saliba qed tinseġ qawsalla mpressjonanti fil-qasam tal-letteratura għat-tfal. Il-ħajjat tal-Istejjer huwa faxxa oħra mlewwna f’din il-qawsalla ammirevoli.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s