It-Taqbil tat-Tfal

Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Novembru 2017 se ssir taħdita minn Rebecca Vella dwar “It-Taqbil tat-Tfal.” 
 
Din it-taħdita se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti u tibda fis-6.00pm.
 
Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.
 

It-taqbil tat-tfal hu fergħa tat-tradizzjoni orali li tikkonsisti minn għadd ta’ versi li tipikament jingħadu jew jitkantaw mit-tfal jew lit-tfal għall-gost inkella waqt xi logħba. 

 
F’din it-taħdita Rebecca Vella se tippreżenta l-istudju li għamlet fuq il-varjazzjoni fit-taqbil tat-tfal. L-analiżi ta’ dan l-istudju tistrieħ fuq ġabra ta’ taqbil li sabet f’diversi kotba u minn għadd ta’ intervisti li għamlet ma’ 30 ruħ minn tliet lokalitajiet differenti.
 
Waqt it-taħdita se nisimgħuha wħud minn dawn ir-rikordings ta’ taqbil tat-tfal.

Rebecca Vella hija studenta universitarja ta’ 21 sena minn Fleur-de-Lys. Fl-2014 ħadet id-deċiżjoni li tagħmel Baċellerat fl-Arti fil-Malti u s-Soċjoloġija, iżda l-imħabba tagħha għal-lingwa Maltija wasslitha biex fit-tieni sena ddeċidiet li tkompli b’Unuri fil-Malti. 

 
L-interess li kellha fit-tradizzjoni orali bdiet taħdem fuqu matul it-tielet sena permezz tat-teżi tagħha bit-titlu “Il-Varjazzjoni fit-Taqbil tat-Tfal.” 
 
F’Novembru ta’ din is-sena ggradwat b’Baċellerat fl-Arti fil-Malti (Unuri). Bħalissa qed tagħmel il-kors tal-Masters in Teaching and Learning biex tilħaq il-mira tagħha li ssir għalliema tal-Malti.
 
Ħajr lil Dr Michael Spagnol, it-tutur tat-teżi ta’ Rebecca Vella, għall-għajnuna tiegħu fit-tħejjija ta’ din it-taħdita.
Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s