Wara l-ġabra IL-VJAĠĠ POETIKU (1990-2009) issa għandna f’idejna damma ġdida ta’ poeżiji mill-pinna ta’ Andrew Sciberras intitolata EL DUENDE — bi tliet riflessjonijiet analitiċi ta’ Tarċisju Zarb, Charles Briffa u Oliver Friggieri.

 Andrew Sciberras jagħraf lilu nnifsu bħala l-poeta ta’ nies li qegħdin ibatu aktar mill-oħrajn, il-poeta li jippreżenta d-dulur u l-inkomprensjoni, il-kuluri sbieħ tal-ħajja ħielsa u l-għeluq imwiegħer li jinsabu fih il-protagonisti mġarrba tiegħu, il-vittmi ta’ kundizzjoni naturali, kulturali u sikwit soċjali. Sciberras hawnhekk ukoll qiegħed jikteb b’serjetà mnikkta, b’determinazzjoni tipika ta’ poeti barranin li biddlu l-kelma mirquma f ’arma ta’ taqbid tal-ħsieb, f ’għodda li għandha tqajjem kuxjenza, iċċaqlaq lin-nies bierda, u twassal għar-riformi fil-livell politiku…. Oliver Friggieri

Kwantu għall-poeżija tiegħek ma kelli ebda dubju li din sa tkun tal-livell għoli li lħaqt żmien ilu. U ma qgħadtx bi kwieti qabel il-ktieb dħaltlu sew u bil-pjaċir nista’ ngħidlek li, minbarra l-livell għoli, is-suġġetti huma varjati u stimulanti. Illum ma noqgħodx nomgħodha biex ngħid li int fost l-aqwa poeti kontemporanji. Ngħodd lili nnifsi onorat li int u poeti oħra bħalek jixhdu laqtiet u diwi mingħand ċertu poeta, illum misjur… Achille Mizzi

 Qrajt il-poeżiji tiegħek li jinsabu f ’dan il-ktieb, u nista’ ngħidlek kif stennejt li sibthom ferm eklettiċi, provokanti u intelliġenti. Irnexxielek tagħmel dikostruzzjoni interessanti – ibda minn dik tal-lingwa u tal-ġeneri, sa dawk parareliġjużi, etniċi u politiċi, dejjem b’tiftix (ħafna drabi frenetiku) għal spazju determinat, għas-‘sens’ eżistenzjali-empiriku, anki teknoloġiku. Illum inkompli nikkonferma li int wieħed mill-aħjar poeti kontemporanji, u dawn tgħoddhom fuq ponot subgħajk… Mario Azzopardi

IL-KTIEB SE JKUN GĦALL-BEJGĦ MILL-FESTIVAL TAL-KTIEB MINGĦAND HORIZONS.  KULL BEJGĦ SE JINGĦATA LIL PUTINU CARES.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Andrew Sciberras, jagħmel ġieħ lill-letteratura kontemporanja, li għandha tibqa’ tleħħen, il-muta ta’ l-oppressati. El Duende, pubblikazzjoni oħra Maltija ta’ poeżija valida.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s