Xogħol ieħor mill-pinna ta’ Achille Mizzi

Id-dar tal-kotba Horizons għadha kemm żiedet suċċess ieħor mal-kullana letterarja li għandha; dan bil-pubblikazzjoni ta’ Ġenesi – ġabra ta’ poeżiji minn Achille Mizzi, wieħed mill-poeti ewlenin li għandna Malta. Fuq medda ta’ ’l fuq minn ħamsin sena Achille Mizzi mhux biss ippubblika tmien antoloġiji ta’ poeżija mill-isbaħ imma dejjem seħħlu jżomm il-livell għoli li għalih huwa magħruf.

Mizzi minn dejjem qala’ eloġji superlattivi m’għand il-kritiċi li stħarrġuh. Minbarra l-istil ħaj u vivaċi għandu għażla tematika għanja u varjata ta’ xeħta epika li mhux biss tistimula imma tgħaġġeb lill-qarrej. Fost l-għadd kbir ta’ temi nsibu l-poeżija kożmika, il-post tal-bniedem fl-univers, l-imġiba ta’ xeħta eżistenzjalista quddiem il-mewt bħala misteru universali tan-nisel kollu, il-poeżija tas-setgħat passjonali, ix-xewqa tal-istħarriġ u s-sens tal-inutilità tal-istess stħarriġ, il-mistiċiżmu li jressaq lill-bniedem lejn in-natura u lejn Alla, l-istħarriġ tal-preistorja tal-individu u tar-razza, kif ukoll id-duwalità li nsibu fin-natura u fl-univers: spiritwalità u senswalità, ħajja u mewt, dawl u dlam, lemin u xellug, kuxjenza u sensi, eternità u żmien, raġel u mara, Alla u bniedem … polaritajiet ta’ essri wieħed. U ħafna suġġetti oħra …

Kull mingħandu għal qalbu l-letteratura Maltija ma jistax jonqos milli jkollu dan il-volum ġdid. Ġenesi jista’ jinkiseb mill-Horizons matul il-Festival tal-Ktieb, kif ukoll wara mingħand il-librara ewlenin.

 

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Xogħol ieħor mill-pinna ta’ Achille Mizzi

  1. Mario Griscti says:

    Niżżik ħajr tat-tagħrif anness. Achille Mizzi baqa’ l-pinna impulsiva dinjituża.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s