Seminar dwar is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija

Nhar it-30 ta’ Settembru 2017 f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, bejn id-9.00am u s-1.00pm l-Akkademja tal-Malti se torganizza seminar bit-tema ‘Is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija’.

Waħda mill-bosta funzjonijiet tal-lingwa hija l-funzjoni soċjopsikoloġika tagħha – il-lingwa tirrifletti ġerarkiji u mekkaniżmi ta’ kif nidentifikaw ruħna u tikkontribwixxi għall-komunikazzjoni tal-ġeneru. Minħabba raġunijiet storiċi u soċjali, fost oħrajn, bosta lingwi tqiesu bħala lingwi li jirriflettu u jikkodifikaw viżjoni tad-dinja li tagħti importanza kbira lill-irġiel. Fi kliem ieħor, bosta lingwi tqiesu u għadhom jitqiesu bħala sessisti. Dan is-seminar jistħarreġ jekk il-lingwa Maltija tidħolx f’dan il-qafas u jekk iva, x’jista’ jsir biex jitfasslu linjigwida biex jinħoloq lingwaġġ mhux diskriminatorju li jirrifletti rappreżentazzjoni aktar ġusta tal-irġiel u n-nisa fis-soċjetà Maltija kemm fuq livell ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ komprensjoni tal-lingwa f’diversi oqsma.

Is-seminar jikkonsisti f’seba’ preżentazzjonijiet li se jesploraw it-tema minn aspetti differenti bħal, ngħidu aħna, id-differenza bejn is-sess, il-ġeneru u l-ġens grammatikali; il-kunċett tal-ġeneru mil-lat soċjali u lingwistiku; il-mekkaniżmi li għandha l-lingwa Maltija biex tiddistingwi bejn il-maskil u l-femminil; x’forma lingwistika nużaw biex nirreferu għal mara f’ċerti karigi, impjiegi jew professjonijiet; l-użu tal-maskil ġeneriku; id-deskrizzjoni tal-mara fil-qwiel Maltin; kif għandu jinkiteb rapport mingħajr preġudizzji sessisti; is-sessiżmu fil-lingwaġġ ġurnalistiku.

Il-kelliema ewlenin f’dan is-seminar se jkunu Dr George Farrugia, Thomas Pace, Angela Callus, Joseph Galdes, Renee Laiviera, Dr JosAnn Cutajar u John Zammit. Dr Mario Cassar, il-President tal-Akkademja se jmexxi s-seminar.

Il-membri tal-pubbliku mistiedna jattendu u jipparteċipaw f’din l-attività. Kull min jixtieq jattendi għandu jirreġistra (bla ħlas) fl-indirizz elettroniku info@akkademjatalmalti.org sal-25 ta’ Settembru. Importanti li kull min jattendi għal dan is-seminar iġib miegħu l-karta tal-identità.

Ara l-programm

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Seminar dwar is-Sessiżmu fil-Lingwa Maltija

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-taghrif anness. Bla dubju, li hu Seminar ta’ interess kbir, partikolari u ġenerali.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s