VILLA FRERE – WIRT NAZZJONALI LI GĦANDNA NĦARSU

L-Akkademja tal-Malti tinnota b’dispjaċir il-proposta pendenti biex żewġ vilel f’tal-Pietà jinbidlu f’dar tal-anzjani. Hija tassew ħasra li postijijiet b’relazzjonijiet mal-istorja tal-lingwa qed jiġu meqjusa sempliċiment formola li tkabbar il-kapital.

Mikiel Anton Vassalli sab ħafna għajnuna minn John Hookham Frere, li kien il-President tal-Kunsill tal-Università u bis-saħħa tiegħu sar l-ewwel Professur tal-Malti fl-Università. Għaldaqstant, Villa Frere għandha valur mhux biss arkitettoniku imma wkoll lingwistiku u letterarju għax Frere laqa’ fiha personaġġi kbar barranin bħal Sir Walter Scott, Gabriele Rossetti u John Davy kif ukoll Maltin magħrufa bħal Luigi Rigord, Serafino Marmarà, Saver Caruana, Vincent Borg Brared u Giorgio Grognet.

Ħafna kienu l-akkademiċi li kkonsultaw ruħhom ma’ Frere f’din il-villa storika u l-aktar li jispikka fosthom huwa Mikiel Anton Vassalli li miegħu certament mexa fil-ġonna ta’ Villa Frere waqt li fasslu flimkien it-triq li minnha l-ilsien Malti kellu jgħaddi għall-għarfien uffiċjali.

Sergio Grech
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

29.08.2017

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to VILLA FRERE – WIRT NAZZJONALI LI GĦANDNA NĦARSU

  1. John Caruana says:

    Naqbel perfettament ma’ dak li qed tgħid dwar Villa Frere. Nistgħu nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet korċernati b’petizzjoni jew xi ħaġa simili?

    Like

  2. Mario Griscti says:

    Naqbel miegħek assolutament Sergio, għax qed isir tpartit oxxen ta’ binjiet ta’ storiċita’ intatta mal-kapital bla ruħ. Grazzi ħafna wkoll tat-tagħrif dettaljat li tajt fuq Villa Frere.

    Possibbli m’hemmx post ieħor li jista’ jkun allokat għall-anzjani f’Tal-Pieta’???

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s