EspRimi

Għadha kemm ġiet reġistrata uffiċjalment Assoċjazzjoni ġdida bħala NGO bl-isem ta’ Assoċjazzjoni EspRimi. Din l-Assoċjazzjoni hi multidixxiplinali u volontarja mwaqqfa bil-għan “li tipproponi u tħeġġeġ l-espressjoni ta’ metodi ġodda u ħielsa tas-sentimenti u tal-aspirazzjonijiet tal-membri tagħha kif ukoll ta’ mistednin permezz ta’ kull forma ta’ arti, viżwal, letteratura, żfin, mużika, xjenza, eċċ.”

It-tnedija uffiċjali ta’ din l-Assoċjazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Settembru, 2017, ġewwa r-razzett tal-Markiż Mallia Tabona fil-Mosta bil-kortesija tas-Sur Joe Bartolo u sponsorjata minn Green MT. Il-ħin tat-tnedija huwa fis-7:30 ta’ filgħaxija. Għaliha se jattendi l-Onorevoli Dr Owen Bonnici, Ministru tal-Ġustizzja u Kultura bil-parteċipazzjoni tal-kantant folk Malti, Mario Debono u mistednin distinti oħra.

Bħala togħma tal-ħidma ta’ din l-Assoċjazzjoni, fit-tnedija minbarra indirizz mill-President tal-Assoċjazzjoni u indirizz mill-Ministru, se jkun hemm ukoll interventi qosra dwar, arti, letteratura, astronomija u ġbir ta’ skart. Fl-aħħar tas-serata, se jkun hemm riċeviment ċkejken għall-okkażjoni.

Id-dħul huwa b’xejn u kull min irid jattendi hu milqugħ bil-qalb u kulma għandu jagħmel huwa li jinforma lill-President tal-Assoċjazzjoni, Dr Emmanuel Attard Cassar jew permezz tal-mowbajl 99235906 jew jibgħat fuq l-indirizz elettroniku assocjazzjoniesprimi@gmail.com.

Kull min biħsiebu jattendi, huwa mitlub jagħmel dan mill-aktar fis minħabba l-loġistika u t-tħejjija tal-attività. Ħajr bil-quddiem tal-attendenza u l-appoġġ tagħkom.

Il-Kumitat

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to EspRimi

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Naħseb li EspRimi għandha tkun inizjattiva li tirnexxi u ssir istituzzjoni nteressanti lil hinn minn istituzzjonijiet ortodossi medjokri.

    Immexxija minn ħabib personali tiegħi u kittieb mill-aqwa f’pajjiżna, Emmanuel Attard Cassar, is-suċċess għal EspRimi hu garantit.,

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s