Midalja tad-deheb “Ġieħ L-Akkademja tal-Malti”

Reġa’ wasal iż-żmien li l-Akkademja tal-Malti tonora b’midalja tad-deheb lil dik il-persuna li tul ħajjitha tkun ħadmet bis-sħiħ u tat kontribut eċċezzjonali biex jiżdied l-interess fl-ilsien Malti u l-letteratura tiegħu.

Fil-jiem li ġejjin l-imsieħba tal-Akkademja tal-Malti  se jkunu qed jinnominaw dik il-persuna li fl-opinjoni tagħhom ħadmet għall-ilsien Malti u jixirqilha dan l-unur.

Il-midalja tingħata f’Jum l-Akkademja (14 ta’ Novembru 2017) mill-President ta’ Malta f’ċerimonja f’wieħed mill-palazzi tal-President u li għaliha jkunu mistiedna l-membri kollha flimkien mal-qraba tar-rebbieħ. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-midalja tista’ tingħata lil aktar minn persuna waħda fl-istess ċerimonja, skont kif tiddeċiedi l-ġurija.

Il-ġurija hija magħmula mill-President tal-Akkademja, il-President tal-Kunsill tal-Malti u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università.

Din l-onorifiċenza tnediet mill-Akkademja s-sena li għaddiet u l-ewwel midalja ngħatat lill-Prof. Oliver Friggieri. L-investitura saret mill-E.T. l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fis-Sala tat-Tron, fil-Palazz il-Belt.

Sergio Grech

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

18 ta’ Awwissu 2017

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Midalja tad-deheb “Ġieħ L-Akkademja tal-Malti”

  1. Mario Griscti says:

    Indubbjament naqbel ma’ dan l-għoti ta’ ġieħ. Malta ċkejkna, hija għanja u ġganteska f’niesha. Għandna wkoll ħafna kittieba u intwelletwali li jħobbu pajjiżna bis-sħiħ. Niżżikħajr tat-tagħrif.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s