“Bi prontezza aneddottali mill-aktar elevata, Rita Saliba terġa’ ssallabna b’ġabra ġdida ta’ stejjer mhux minn tas-soltu. In-narattiva ta’ Rita f’din il-ġabra tinstema’ miġjuba minn latmija misterjuża li hi biss taf it-triq lejha. F’dawn il-kronaki, Rita tħit il-konkret mal-immaġinattiv jew dak li tħoss ma’ dak li josservaw għajnejha sabiex ittina ġrajja oriġinali li ma nafux lil min seħħet jew fejn seħħet, hux f’rasha jew fl-anfiteatru tal-ħajja, imma l-akbar mistoqsija ta’ tkissir ir-ras hi; għaliex seħħet!

Il-qarrej bla ma jrid, isib ruħu mkebbeb fir-rakkont diefi ta’ Rita li l-ħin kollu jerħi klima u rwejjaħ minn wara s-siparju tal-memorja ħobla u mutraba. Il-mistħajjel terġa’, aktar tat-twemmin mir-realtà attwali. Filwaqt li Saliba żżomm saqajha fermi fuq l-assi orizzontali tal-invarjabbli u l-loġika tal-ħajja, l-immaġinazzjoni tagħha tirrifjuta l-loġika kollha għalkemm tieħu l-materja prima mit-temi ewlenin u t-tikketti tal-ħajja. It-test tagħha mhux alternattiva għall-ħajja, iżda skambju parallel mal-ħajja nnifsha.”

Walid Nabhan, rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2017

Rita Saliba tikteb l-awtentiku u l-kuljum. Tikteb l-ilma li nixorbu wara l-ikel u l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda. Il-kliem ittellgħu minn ħażna ta’ kliem bojod u suwed u ttih il-kulur tagħha. U kultant tħallih lewn il-boċċi tal-kamla wkoll. Għax fil-kitba tagħha hemm l-istejjer antiki riħa ta’ gazzetti li jiltaqgħu mal-fantasiji skomdi. Hemm linja fina bejn tfal u kbar – f’dawn l-istejjer it-tfal isiru ftit kbar u l-kbar isiru ftit tfal. Dawn huma l-karattri li jispuntaw minn imkien u jeħduna xi mkien. Dawn huma, fost l-oħrajn, in-nisa li nafu u li f’dawn l-istejjer isiru tikka iktar speċjali għax il-ħajja ta’ kuljum jiftgħulha doża ta’ stramb, kif għandu jkun.

                             Leanne Ellul, rebbieħa tal-Premju Letteratura għaż-Żgħażagħ 2013-2014

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s