Minsi fuq wara nett tal-klassi, Marwan ma setax ma joħlomx b’Yarmouk, jisħet dakinhar li tqaċċat minn għeruqu biex sab ruħu f’pajjiż mhux tiegħu, fi skola mhux tiegħu, ma’ ħbieb li mhux ħbiebu. Id-dar hemm ommu. Ommu biss, il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem biex firditu mill-bqija ta’ familtu. Imma xi darba jmur lura. Xi darba jmur lura żgur. U jbiddel kollox, isewwi kollox u jsikket lil dan-nies li ma jagħmlu xejn ħlief jarmuk.

Minsija fuq quddiem tal-klassi, Chanelle ma setgħetx tikkonċentra. Moħħha jhewden fuq elf ħaġa: x’se ssajjar għall-pa u għan-nannu? Tgħid tilħaq tlesti load ħwejjeġ b’dal-homework u testijiet? U dak in-nofs ras ta’ Darren x’ħin se jiġi … jekk jiġi. Id-dar m’hemmx ommha. Għax ommha telqet biex qaċċtet il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem. Imma għandha l-kotba u l-istudju. Xi darba għad jeħilsuha minn dal-ktajjen. U tbiddel kollox, issewwi kollox u tagħlaq il-ġerħa ta’ żgħożija mormija.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s