Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017, fis-7.00pm f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, Walid Nabhan se jkun il-mistieden speċjali waqt lejla li se ssir ftit jiem wara li jingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura.

Albert Gatt se jaqra żewġ siltiet mir-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji (Klabb Kotba Maltin) u l-awtur se jiġi intervistat minn Adrian Grima. Se jkun hemm interventi minn Dr Marco Galea, li mexxa l-ġurija maħtura mill-Akkademja tal-Malti, mis-Sur Mark Vella, f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u mis-Sur Joseph Mizzi, direttur tal-Klabb Kotba Maltin, pubblikatur tal-kotba kollha ta’ Walid Nabhan. Wara l-interventi,l-intervista u l-qari jkun hemm bibita fuq il-bejt tal-bini tar-Rappreżentanza.

Matul il-lejla, Walid Nabhan se jiffirma kopji tar-rumanz rebbieħ, L-Eżodu taċ-Ċikonji.

Din il-lejla qed tiġi organizzata minn Inizjamed, l-Akkademja tal-Malti u r-Rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea.

Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn. Jekk jogħġobkom, ġibu magħkom il-karta tal-identità.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s