Seminar dwar it-Taqbiliet ta’ Ġorġ Agius “tal-Mulej” – It-Tlieta fis-6.00pm

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Mejju 2017, fis-6.00pm, Ġorġ Agius “tal-Mużew”, magħruf ukoll bħala “l-għannej tal-Mulej”, se jippreżenta t-taqbiliet tiegħu f’Sala Pietru Pawl Saydon (ALT) tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Kit Azzopardi, li speċjalizza fil-letteratura Maltija, se jagħmel apprezzament kritiku tat-taqbila reliġjuża bħala parti mit-tradizzjoni orali.

Din hija l-għaxar attività mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa b’xejn. Wara l-interventi ta’ Ġorġ Agius u Kit Azzopardi jkun hemm diskussjoni.

Ġorġ Agius twieled nhar it-28 ta’ Lulju 1926, it-tieni minn disat aħwa li baqgħu ħajjin. Għamel l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Kalkara. Qatt ma mar skola għax meta kellu għaxar snin, missieru, Pawlu, daħal jaħdem it-tarzna u Ġorġ, bħala l-ikbar mill-aħwa subien, spiċċa jbigħ il-ħaxix. Aktar tard mar jaħdem ix-xatt fejn dam erbgħa u erbgħin sena. Magħruf fost l-oħrajn bħala “tal-Mużew,” Ġorġ ilu 65 sena jżur il-morda u l-anzjani fl-isptar Mater Dei bit-tama li jfarraġhom bit-taqbil “spirtu pront” tiegħu. Kiseb rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fil-volontarjat kif ukoll il-Premju għall-Qadi tar-Repubblika.

Dan l-aħħar ħareġ il-ktieb, Il-Ħajja u l-Istorja ta’ Ġorġ Agius magħruf bħala tal-Mużew, l-ewwel volum minn sensiela ta’ kotba bl-isem ta’ “Maltin” dwar personalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dan il-ktieb 15-il personalità jitkellmu fil-qosor dwar ħidmietu. Il-qofol ta’ dan ix-xogħol hu l-ġabra ta’ aktar minn 300 taqbila u għadd ta’ ritratti bil-kulur. “Maltin” huwa proġett ta’ Tonio Bonello, id-direttur maniġerjali ta’ 24sevenMedia.

Id-Dipartiment tal-Malti jirringrazzja lil Doris Zammit tar-riżorsi li pprovdiet għal dan is-seminar u lill-Klabb Kotba Maltin tal-għajnuna li qed jagħtu lill-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali. Hemm aktar tagħrif dwar dan is-seminar u dwar il-proġett fuq Facebook u fuq is-sit tradizzjonioraliblog.wordpress.com.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Seminar dwar it-Taqbiliet ta’ Ġorġ Agius “tal-Mulej” – It-Tlieta fis-6.00pm

  1. Mario Griscti says:

    M’hemm l-ebda dubju, li ser ikun seminar interessanti b’personalita’ ikkulurita u sinċiera. Niżżikħajr qatigħ minn qalbi, tat-tagħrif.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s