Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, ippresediet serata mużiko-letterarja ad unur l-eks-President Anton Buttigieg.

This slideshow requires JavaScript.

Waqt din is-serata, il-kustodja tal-Librerija Anton Buttigieg, li hija parti mill-proġett estensiv ta’ restawr fl-istess Palazz, għaddiet f’idejn l-Akkademja tal-Malti u l-‘Malta Libraries’, biex b’hekk, dawn iż-żewġ entitajiet ser jkunu qed jieħdu ħsieb din il-Librerija, li fiha hemm miġbura uħud mill-isbaħ xogħlijiet ta’ awturi u poeti Maltin, u xogħlijiet stampati minn għadd ta’ pubblikaturi Maltin.

Meta indirizzat lil dawk preżenti, il-President Coleiro Preca qalet li dan huwa wieħed mill-isbaħ mumenti tal-Presidenza tagħha, “għax propju issa, r-Residenza tal-Istat għandha librerija diċenti u eleganti, librerija li qed tilqa’ x-xogħlijiet ta’ kittieba u pubblikaturi Maltin, librerija li msemmija għall-poeta bravu, l-eks-President Anton Buttigieg.” Din is-serata tagħti bidu għal numru ta’ attivitajiet li l-Uffiċċju tal-President, u l-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, ser ikunu qed jorganizzaw fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, kif stabbilit mill-UNESCO.

L-attivitajiet jilħqu l-qofol tagħhom it-Tnejn, 24 ta’ April, hekk kif mijiet ta’ tfal minn diversi skejjel ser jkunu qed iżuru l-Palazz ta’ Sant’ Anton fejn ħa jkollhom l-opportunità li jaraw il-Librerija Anton Buttigieg, kif ukoll il-‘Little Stars Library’ u ser jingħataw informazzjoni wkoll fuq Librerija Balzmet ir-Ruħ, li tinsab fl-uffiċċju li l-Malta Community Chest Fund Foundation għandha fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Il-President raddet ħajr lill-Akkademja tal-Malti u lill-‘Malta Libraries’, li bħala kustodji tal-Librerija Anton Buttigieg diġà qed jagħmlu ħafna xogħol siewi, u rringrazzjat ukoll lid-diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet li qed jaħdmu biex iżommu l-lingwa Maltija ħajja, dan għaliex “il-Lingwa Maltija hija xhieda unika tal-identità tagħna.” Raddet ħajr ukoll lis-Sinjura Matilde Cordina, li kkordinat dan il-proġett. Waqt din is-serata pparteċipaw is-Surmast Dominic Galea, l-kantanta Doreen Galea, kif ukoll qraba tal-eks-President Anton Buttigieg. Wara ċ-ċerimonja tal-iffirmar, il-President ġiet ippreżentata b’għadd ta’ kotba tal-istess Anton Buttigieg, kif ukoll, b’selezzjoni ta’ kotba minn ‘Kite Group’.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, ippresediet serata mużiko-letterarja ad unur l-eks-President Anton Buttigieg.

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness filwaqt li nifraħ minn qalbi, lill-Akkademja tal-Malti li flimkien mal-Malta Libraries qed tieħu ħsieb b’responsabbilta’ l-Librerija Anton Buttiġieġ.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s