Oliver Friggieri, hu u jestendi l-elementi ewlenin tal-kontemporanjetà, jifhem il-kreattività bħala laqgħa produttiva bejn il-letteratura u ż-żmien. Fil-firxa letterarja ta’ pajjiżna Friggieri huwa kontinwazzjoni ta’ Dun Karm, u għaldaqstant fuq il-pjattaforma letterarja Friggieri għandu jitqies bħala awtur nazzjonali. Hemm fih imħabba fundamentali għal ġensna, għax il-kitbiet kreattivi, ġurnalistiċi, u akkademiċi tiegħu jidħlu b’qawwa nazzjonali u kulturali biex jagħtu rapport siewi fuq il-ħajja u r-ruħ tal-ġens. U dejjem iwassal l-ideat tiegħu b’leħen prudenti ħa jkattar l-istabbiltà fil-mentalità Maltija. Huwa interpretu u għassies tal-valuri u l-kultura tal-Gżejjer Maltin.

U Ħsiebu Jsuqu: Oliver Friggieri Jżomm l-Idea tal-Umanità jagħti ħjiel ta’ kemm hu minnu dan li qed jingħad. Dan il-ktieb jipprova jittrasformalna l-mod kif nifhmu lil Oliver Friggieri u l-kontemporanjetà tagħna. Ix-xogħol letterarju kollu tiegħu, kemm bħala professur tal-letteratura u kemm bħala rumanzier u poeta, huwa mmotivat minn dawn it-tliet prinċipji: li l-letteratura trid tinvolvi ruħha soċjalment sabiex toħloq għarfien xieraq; li l-letteratura trid tirrifletti l-umanità fit-tfittxija tagħha għat-tifsir tal-ħajja; u li l-letteratura trid tibda mill-interpretazzjoni tal-ambjent ta’ pajjiżna u timxi lejn tifsir universali. U l-isforzi tat-tpinġijiet tiegħu bil-bajrow huma espressjonijiet li jixhdu ħsieb meditattiv li wkoll ifittex xi verità umana.

Il-Professur Charles Briffa jgħallem il-letteratura Maltija u t-traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, studjuż tal-Malti, u traduttur.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Omaġġ li jixraq lil Prof.Oliver Friggieri. Prosit kbira lil Prof.Charles Briffa għal din il-pubblikazzjoni dinjituża. Għall-Professur Friggieri, hu naturali t-titlu ta’ awtur nazzjonali. Niżżikħajr minn qalbi tat-tagħrif anness.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s