Manwal spjegat b’mod eċċellenti u mill-aktar aċċessibbli, b’werrej rigoruż u b’appendiċi li jikkumplimenta t-taqsimiet tal-ktieb innifsu. L-indiċi metikoluż iħaffef ix-xogħol għal min ikun qed ifittex diffikultà mingħajr telf ta’ żmien. L-użu tal-kulur aħmar għall-konsonanti / vokali jew sekwenza tat-tnejn li jkunu qed jiġu eżaminati wkoll se jgħin ħafna ‘l min ikun qed ifittex biex isolvi d-diffikultajiet li jkollu f’temp ta’ ftit ħin.
 
It-taqsima dwar kif għandna niktbu l-kliem mill-Ingliż fil-Malti kienet tassew meħtieġa f’dan il-ktieb. F’din it-taqsima qed jingħata rikonoxximent għax-xogħol kbir imwettaq mill-Kunsill tal-Ilsien Malti u jagħti pariri siewja mhux biss meta għandna naċċettaw li nintegraw kliem mill-Ingliż imma jforni l-istruzzjonijiet meħtieġa kif għandu jsir dan.
 
It-taqsima tal-Konjugazzjonijiet ta’ Verbi bl-għ u bl-h mhux biss tinkludi l-mudelli tagħhom imma saħansitra l-mudelli għall-verbi irregolari, bil-forom u bil-kwadrilitteri b’kollox.
 
Sa fl-aħħar l-għalliema tal-Malti, l-awturi, l-edituri, il-qarrejja tal-provi u l-istudenti tal-Malti għandhom l-għodda tant meħtieġa miġbura fil-paġni ta’ dan il-ktieb.
Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Ċertament illi dan il-manwal hu importanti għal min irid jirfed aktar fit-tagħlim tal-grammatika ta’ lsienna u għal kull min jinteressah it-tagħlim tal-Malti, ħolistikament.

    Nikteb il-Malti Tajjeb-manwal prattiku tal-ortografija għandu jservi ta’ gwida eċċellenti għal min xi minn daqqiet, tiġih xi diffikulta’ jew dubju kif ser jikteb din jew dik il-kelma.

    Karl Scicluna għamel biċċa xogħol illustri li għandha tkun rikonoxxuta bil-kbir. Mit-tagħrif li għoġbok twassalli, jidher ikkompilat pulit ħafna u organizzat.

    Jixraq li jżejjen l-ixkafef tal-librerija personali tagħna u ta’ l-iskejjel lokali. Fattur ieħor importanti huwa l-użu distintiv tal-lewn ħamrani, apparti tqassim ieħor li jiffaċilita t-tiftix tal-qarrejja interessati. Grazzi mill-qalb, mill-ġdid.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s