bsm-fr-hilary-3d

X’kien l-inkwiet li kellu Fr Hilary mal-Ministru Lorry Sant? U kif jidħol il-Prim Ministru Duminku Mintoff fl-istorja? U l-Arċisqof Gonzi ġieli ġibidlu widnejh lil Fr Hilary minħabba l-futbol? U min kienet dik it-tfajla li darba Fr Hilary rikkeb fuq il-lambretta?

Dan u iktar tistgħu taqrawh fir-raba’ volum ta’ Bejn Storja u Miti. Patri Hilary Tagliaferro: Bejn Storja u Miti jistħarreġ il-bijografija ta’ Patri Hilary Tagliaferro: patri Agostinjan li dejjem ħaddan politika li terfa’ lill-batut mill-ħama. Warrab it-tonka u l-glorji ta’ Ommu l-Knisja u uża l-isports biex iwassal il-Kelma li tifdi. Fost l-oħrajn l-awturi jiktbu dwar kif fil-qalba tal-ġlieda-politiko reliġjuża tas-sittinijiet u fi żmien meta tikbes il-ġamra tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, Fr Hilary ġabar iż-żgħażagħ li emmnu f’ideoloġija partikulari taħt saqaf wieħed meta ħaddieħor tahom il-ġenb. Ħareġ bil-proġett tal-Millenium Chapel, f’arena ta’ divertiment, fejn fetaħ beraħ il-bibien għal min ħajtu ma baqax is-sid tagħha. Fr Hilary daħħal ukoll idjoma sportiva fl-ilsien tagħna bil-mijiet ta’ kummentarji sportivi, minn barra u lokali, u min jaf kemm-il dehriet kellu fuq it-televiżjoni waqt programmi sportivi.

L-awturi li qed jiktbu dwar Fr Hilary f’din il-ġabra huma George Abela, Karmenu Baldacchino, Lino Bugeja, Charles Buttigieg, Peter Calamatta, Henry Calleja, Charles Camenzuli, David Carabott, Joe Cassar, Noel D’Anastas, Patri Ray Francalanza, Monsinjur Lawrence Gatt, John C. u Anne Grech, Sergio Grech, Dr Simon Mercieca, Charles Miceli, Ronnie Micallef, Manwel Scerri u Piju Spiteri.

Pubblikazzjoni oħra ta’ Horizons (Malta) u editjata minn Sergio Grech. Il-volum fih ukoll għadd ġmielu ta’ ritratti li jiċċelebraw it-83 sena attivi ta’ Fr Hilary. Fil-volumi l-oħra ġew mistħarrġa Duminku Mintoff, Monsinjur Victor Grech u l-Avukat Herbert Ganado.

It-tnedija se ssir nhar il-15 ta’ Marzu, fil-Lukanda Westin, fis-7 p.m.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżik ħajr tat-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni: Fr Hilary Tagliaferro- Bejn Storja u Miti. Bl-attivitajiet tiegħu Fr Hilary sar ikona oħra soċjali.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s