born-in-bkara-cover-1

Bijografiji ta’ Nies Mejtin u Ħajjin

 Charles Briffa, Born in Birkirkara: A Dictionary of Famous Maltese Personalities from Birkirkara (Horizons Publications, Malta, 2016), proġett tal-Kunsill Lokali Birkirkara 

 Dan il-ktieb huwa dizzjunarju bijografiku li fih 171 artiklu, u għandu l-għan li jagħti           d-dinjità storika lin-nies bħala umani.

Il-ktieb wieħed jista’ jinqeda bih bħala sors ta’ tagħrif bijografiku fuq nies prominenti u magħrufin minn Birkirkara, mejtin u ħajjin. Dawn il-personalitajiet huma rġiel u nisa li bil-kisbiet tagħhom u bil-pożizzjonijiet tagħhom ġabru għarfien fis-soċjetà.

Imma huwa kemxejn aktar minn dizzjunarju bijografiku għax jipprova juri s-siwi soċjali,  l-esperjenzi, u l-merti (letterarji, akkademiċi, professjonali, u tas-sengħa) ta’ kull personalità. Kulħadd jingħata l-ispazju xieraq tar-riċerka, skont il-potenzjalitajiet ta’ kull wieħed u waħda.

Dan il-ktieb, għalhekk, huwa l-gwardjan tal-għerf individwali li jixraqlu jerġa’ joħroġ għad-dawl. Kull suġġett jidher bis-soġġettività tiegħu bħala bniedem li jeħtieġ jidher bħala preżenza fil-memorja tagħna. U kull suġġett jinftiehem bħala kontribuzzjoni għall-kultura tagħna. B’hekk l-umaniżmu narawh kemm bħala tifkira storika u kemm bħala binja       taċ-ċittadin soġġettiv.

Fil-biċċa l-kbira tal-artikli, il-Professur Briffa jipprova jfisser l-aspetti idjosinkratiċi u mentali tal-personalitajiet li jikteb fuqhom. Jemmen bis-sħiħ li l-fatt li nkunu qed niflu ml-ħajjiet ta’ dawn in-nies li b’xi mod għamlu isem, jista’ jwassal għal kontemplazzjoni aktar profonda li tagħtina ħjiel fuq kif jaħdem moħħhom.

Briffa, għaldaqstant, jipprova jesplora dawn il-ħajjiet sabiex jikkonferma li tabilħaqq għandna għalfejn niftakruhom.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Born in Birkirkara ta’ Charles Briffa ikompli jagħni l-Melitensia u jagħti ġieħ personalitajiet Maltin li taw kontribut siewi lis-soċjeta’.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s