Il-Malti għall-Barranin: Kotba ġodda u CD

Riċentement, Charles Daniel Saliba ppubblika żewġ kotba ġodda biex ikompli jseddaq is-serje ta’ kotba għat-tagħlim tal-Malti għall-barranin bl-isem Maltese for Foreigners. L-iskop taż-żewġ kotba hu li jkomplu jsaħħu l-element tat-taħdit fis-serje. L-ewwel ktieb bl-isem Speaking Maltese 3 fih 14-il djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż, biex jgħin lill-istudenti jiksbu livell intermedju ta’ taħdit (B1). It-tieni ktieb bl-isem Speaking Medical Maltese 2 huwa żieda mal-kotba speċjalizzati għat-tagħlim tal-Malti Mediku u xjentifiku. Fil-fatt fih jinkludi 12-il djalogu realistiku, bit-traduzzjonijiet tagħhom għall-Ingliż. Wara kull djalogu fiż-żewġ kotba ssib kaxxa bl-espressjonijiet importanti u bit-traduzzjoni tagħhom. Barra minn hekk Saliba aġġorna wkoll is-CD bl-audio files taż-żewġ kotba l-ġodda biex l-istudenti jkunu jistgħu jisimgħu kelliema nattivi jaqraw it-testi jew janimaw id-djalogi. Maltese Grammar Essentials in Context 3, l-aħħar ktieb għal din is-serje, ser jiġi ppubblikat is-sena d-dieħla. Għal aktar informazzjoni fuq kull ktieb, żur il-websajt www.charlesdanielsaliba.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Il-Malti għall-Barranin: Kotba ġodda u CD

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Charles Daniel Saliba qed jagħmel biċċa xogħol kbira tassew li għandha tiġbed l-ammirazzjoni ta’ kulħadd, għax permezz ta’ kotba li l-għan tagħhom huwa li jgħallmu l-Malti lill-barranin, qed ikun ambaxxatur denju ta’ lsienna, magħhom.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

    • Charles Daniel Saliba says:

      Nirringrazzjak hafna Mario. Napprezza hafna il-kummenti pozittivi tieghek, li jimlewni bil-kuragg li nkompli nippubblika.
      Inselli hafna ghalik
      Charles D

      Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s