Mill-pinna prolifika ta’ Joe Friggieri joħorġu dawn l-għoxrin novella, mibnija fuq firxa wiesgħa ta’ karattri u ambjenti, li jżommuk fuq ix-xwiek sal-aħħar u jibqgħu f’moħħok għal żmien twil wara li taqrahom. Huma stejjer ta’ awtur li jaf u jieħu gost jirrakkonta, u li jibqa’ jissorprendi lil dawk li huma midħla tax-xogħlijiet tiegħu.
 
Magħruf sew għal żewġ ġabriet ta’ novelli li ħareġ fl-imgħoddi, il-popolari Stejjer tar-Ronnie u l-brillanti Ħrejjef għal Żmienna, Joe Friggieri issa jippreżentalna ġabra oħra ta’ stejjer miktubin bi stili differenti. Uħud minnhom juruna kif jaf jittratta b’mod divertenti ideat li ħaseb u kiteb fuqhom bħala kittieb serju… Ħafna mill-karattri l-aktar interessanti li jesplora Friggieri huma nisa, uħud minnhom ibatu mit-tirannija u l-għira tal-irġiel, u oħrajn li jużaw l-intelliġenza, il-misteru tagħhom u l-qawwa ta’ sbuħithom kontrihom… Forsi l-aktar novella qawwija hi dik fejn awtur liberali f’pajjiż tiranniku jipprova jiddefendi ruħu mill-akkużi li fizzjal tal-pulizija sarkastiku u bla ħniena jisparalu waħda wara l-oħra. L-azzjoni hawn hi fid-djalogu ħaj li jfakkar lill-qarrej fid-drammi u l-kummiedji li Friggieri kiteb b’suċċess għall-palk Malti.
 
Paul Xuereb
 
Dan il-ktieb ta’ novelli mhux parti mis-sensiela “Nismagħhem jgħidu…Snajja’, Għajdut u Karattri mill-Ħajja Maltija” ta’ Paul P. Borg
Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Joe Friggieri hu kittieb kapaċi li l-kontenut letterarju tiegħu, żgur iħalli mpatt f’imħuħ il-qarrejja numerużi tiegħu. In-novelli fl-aħħar ktieb tiegħu Nismagħhom Jgħidu, m’humiex eċċezzjoni.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s