L-Għana tal-Fatt – L-Erbgħa 23 ta’ Novembru, 6.00pm, l-Università, Tal-Qroqq

Taħdita pubblika ta’ Marlene Mifsud Chircop

Dħul b’xejn. Kulħadd mistieden

L-għana tal-fatt (il-ballata) għadu jitgħanna sal-lum f’Malta u barra fejn hemm emigranti Maltin. Għandu storja ta’ ħames mitt sena imma fl-ewwel tliet mija u ħamsin minnhom intilef ħafna minnu, waqt li fil-mija u ħamsin sena ta’ wara, wara l-kisba tal-libertà tal-Istampa f’Malta, inġabru fuq mitejn fatt. F’din it-taħdita, Marlene Mifsud Chircop sa titkellem fuq ir-riċerka li għamlet f’dan il-qasam tat-tradizzjoni orali, il-wirt intanġibbli tal-għana Malti, speċjalment fuq il-firxa tal-letteratura tat-triq u l-produzzjoni tagħha, fuq delitti li għannew fuqhom fil-parti l-kbira malli ġraw, jew malli l-ikkundannat ħa l-kastig. Sa tkellimna wkoll fuq l-għannej tal-fatti u l-udjenza tiegħu, l-istil tal-ftuħ u l-għeluq tal-fatt, il-fażijiet tal-liminalità li fih, il-fatt bħala forma ta’ protesta, il-mobbiltà kulturali tiegħu, u l-każ ta’ Ċikku Fenech li għadha tiftakar kif ġara.

Marlene Mifsud Chircop, għalliema u riċerkatriċi indipendenti, ħadmet mal-folklorista Ġuże Cassar Pullicino u mal-mejjet żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud Chircop. Wara l-ewwel teżi tagħha “Il-Folklor fir- Rumanz Storiku/Romantiku Malti” (1972) u t-tieni “A Motif-Index of the Maltese Folktale” għall-M.A., kompliet bir-riċerka fin-narrattiva popolari, fl-irrakkuntar u fl-għana Malti, illum il-ġurnata b’mod speċjali l-element kulturali u soċjali fl-għana tal-fatt.

Flimkien ma’ żewġha, ikkoproduċiet u ppreżentat 26 dokumentarju kulturali ta’ 45 minuta għat-televixin: Ix-xogħol Waħdu Jurik u Fuq Għajnejk (1996, 2001, Dir. Alvin Scicluna) u għar-radju Maltese Folklore in the Modern World (2000) u A Folk Festival in Malta (2003). Interpretat u ttraduċiet kemm-il darba l-għana u l-irrakkuntar waqt festivals Malta u barra.

Ħadet sehem f’konferenzi Malta u barra, fejn ippreżentat fost l-oħrajn “Mnarja – a Midsummer’s Festival in Contemporary Malta” (Gothenburg 2006), “Maltese Folk Narrative” (Isle of Bute 2011), “Good Friday Processions in Contemporary Malta” (Innsbruck 2014), “The First Ten Years of the Maltese Folk singing Festival” (Malta 2014), The Development of Maltese Ballads (Malta 2014). Barra diversi sessjonijiet tal-għana u tal-irrakkuntar, kemm f’Malta kif ukoll barra, ideat u koorganizzat l-attivita kulturali “Grimani Min Qatlu?” għal Science in the City (Malta 2014).

Ftit ġimgħat ilu ħarġet il-ktieb Min Qatel il-Patri? (Klabb Kotba Maltin) mar-Rev. Dr Mark Montebello.

6d7e-855e-442a-af6e-e24926d8f9a2

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to L-Għana tal-Fatt – L-Erbgħa 23 ta’ Novembru, 6.00pm, l-Università, Tal-Qroqq

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. L-għana tal-fatt inqisu rakkont fattwali u allura storja fi storja, jew fatt b’fatt. Napprezzah ħafna.

    Dr Marlene Mifsud Chircop hija l-persuna idonea li tkellimna dwaru.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s