skjava-3d

Daqqa ’l fuq u daqqa ’l isfel. Hux hekk imdorrijin ngħidu meta xi ħadd jistaqsina kif aħna?

Biss, nista’ ngħidlek li fil-każ tiegħi, minn meta żżewwiġt, ħajti nbidlet f’maltempata kontinwa. Burraxka li niżżlitni taħt wiċċ l-ilma u li qajla ħallietni nieħu nifs. Bdejt inħabbat wiċċi mal-qilla tal-irwiefen u l-baħar imtela’ b’kull xorta ta’ ħalel tal-abbuż, li naqdef kemm naqdef, il-kurrent kien dejjem kontra tiegħi. Dejjem jassarni. Dejjem għakkisni. Dejjem sawwatni. Dejjem rebaħli hu.

Kien irnexxieli nikkonvinċi lili nnifsi li xorta waħda kelli għal xiex nibqa’ ngħix. Bilfors, għax l-uniku skop li kien għad fadalli f’ħajti, jiġifieri binti, kien għad kellha bżonni. Ma stajtx nitlaqha għal riħha. Ma stajtx nabbandunaha kif kien għamel żewġi lilna t-tnejn. Għalhekk, kelli bilfors nibqa’ nbati fis-silenzju… sakemm…

Sakemm fl-aħħar, wara dan il-qtigħ il-qalb kollu feġġ merżuq ħanin, raġġ ta’ dawl qawwi, sabiħ u mimli wens. Raġġ jarmi s-saħħa u tama ġdida għal ħajti. Raġġ li salvani mill-jasar li kont maqbuda fih biex għenni nitla’ fil-wiċċ u nerġa’ nibda nieħu n-nifs. Għenni nwarrab is-swied il-qalb u nerġa’ nibda nitpaxxa bil-kuluri u s-seħer u l-passjonijiet imqanqla li taf toffri l-imħabba vera…

Imma tgħid, l-ajru verament kien se jissaffa?


MICHAEL CINI twieled il-Ħamrun fl-20 ta’ Lulju tal-1964, u trabba Ħal Balzan. Wara li temm l-edukazzjoni sekondarja u ħadem għal xi snin fil-qasam tat-turiżmu, daħal jaħdem bħala skrivan fis-Servizz Pubbliku. Huwa studja s-sengħa ta’ Draughtsman u llum jokkupa l-kariga ta’ Senior Principal. Matul il-karriera tiegħu, studja fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa fl-Amministrazzjoni Pubblika kif ukoll bħala Qarrej tal-Provi bil-Malti. Studja wkoll il-lingwa Għarbija biex jifhem aħjar l-għeruq Semitiċi ta’ lsien art twelidu. Huwa miżżewweġ lil Carmen, għandhom tifel jismu Nicolai, u ilhom joqogħdu l-Mosta mill-1991.

Fl-ewwel pubblikazzjoni tiegħu Preżenza – Inti Temmen fil-Ħares? l-awtur  ilaqqagħna ma’ ruħ ta’ omm li tkun għadha ma tistax issib il-mistrieħ ta’ dejjem, qabel ma xi ħadd jiskopri kif kien għeb binha ta’ seba’ snin taħt ċirkustanzi misterjużi. Fuq tema storika, fit-tieni rumanz tiegħu Ix-Xafra tad-Destin – L-Imdina 1565, l-awtur jgħaddi lill-qarrej mill-bieb tal-istorja biex idaħħlu jieħu sehem miegħu f’avventura qalbiena fi żmien l-Assedju l-Kbir ta’ Malta tal-1565. U issa, fuq tema totalment differenti miż-żewġ rumanzi ta’ qablu, f’dan it-tielet rumanz qiegħed jippreżentalna ġrajja intima u senswali mqanqla mill-emozzjonijiet tal-imħabba, li biex iżżomm ħajja, trid tibqa’ dejjem tissielet kontra t-tentazzjonijiet, l-abbużi… u l-infedeltà!

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif dwar il-ktieb Skjava fil-ktajjen tal-Imħabba. Jidher li jħaddan storja sfortunata u emozzjonanti tassew. Is-Sur Michael Cini jidher li niseġ storja oħra, mill-aqwa.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s