Avviż dwar id-Damma

Qed nirsistu biex id-dizzjunarju ta’ De Soldanis (Damma tal-Kliem Kartaġiniż) ikun f’idejna meta tibda l-fiera tal-ktieb f’Novembru. L-Akkademja se tipparteċipa ma’ Heritage Malta biex tqassam dan id-dizzjunarju lill-abbonati.

Aħna sodisfatti li opra li kienet ilha manuskritta 250 sena se tara d-dawl b’impenn kollettiv bejn l-editriċi Rosabelle Carabott u l-pubblikaturi, li huma Heritage Malta, BPC International, RIDT (l-Università ta’ Malta), l-Akkademja tal-Malti, il-Bibljoteka Nazzjonali, id-Dipartiment tal-Malti (l-Università ta’ Malta), il-Ministeru ta’ Għawdex, u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Nirringrazzjawkom tas-sabar tagħkom. Min-naħa tagħna, aħna għamilna kulma stajna biex il-kwalità tisboq l-aspettattiva tagħkom.

id-dizzjunarju-l-qadim-tal-1760-fil-fiera-2016

L-ewwel folja tad-Damma stampata fl-istamperija Baroni & Gori (Firenze). Din il-pubblikazzjoni ta’ kwalità se tagħmel ġustizzja ma’ min kiteb b’passjoni favur l-ilsien Malti 250 sena ilu.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Avviż dwar id-Damma

  1. Trevor Zahra says:

    *PROSIT…!*

    2016-10-29 16:59 GMT+02:00 L-Akkademja tal-Malti :

    > L-Akkademja tal-Malti posted: “Qed nirsistu biex id-dizzjunarju ta’ De > Soldanis (Damma tal-Kliem Kartaġiniż) ikun f’idejna meta tibda l-fiera > tal-ktieb f’Novembru. L-Akkademja se tipparteċipa ma’ Heritage Malta biex > tqassam dan id-dizzjunarju lill-abbonati. Aħna sodisfatti li opra li ” >

    Like

  2. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Prosit u niżżikom ħajr lilkom ilkoll tal-Akkademja, tal-ħidma sfieqa li kontu, bqajtu u ser tibqgħu tagħtu, b’risq ilsienna u l-letteratura tiegħu.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s