file-page1

Il-poeżiji fil-ġabra ARPEĠĠI, huma l-biċċa l-kbira fuq stil modern u rari mxekklin minn riġidità, juru l-ewwel nett is-sensittività femminili, l-intwizzjoni femminili, is-sens qawwi ta’ nostalġija għaż-żmien li kien, li kien aħjar, iżda li tar u mar, sens qawwi ta’ osservazzjoni lejn in-natura fiċ-ċikli staġjonali tagħha, qima lejn l-ambjent, lejn il-ġmiel tal-ħolqien tal-ħajja, ta’ dak kollu li hu sabiħ.

Jinħassu wkoll, u jinħassu sewwa, il-waqtiet ta’ delużjoni fl-imħabba. It-tkissir ta’ ideali għalxejn b’xejn. In-niket, bosta drabi mmelles minn sabar ħelu, fit-telfa ta’ xi ħadd għażiż, imsaħħaħ minn sens qawwi ta’ rassenjazzjoni, is-sens taż-żmien li għadda bla ma ħalla jitwettqu bosta xewqat u ħolm, ir-realtà tal-lum u l-istennija ta’ għada. Huma dawn l-elementi qawwija, komuni għal kull bniedem, iżda l-aktar għal kull poeta, bis-sensittività kollha tiegħu. Bosta mill-poeżiji huma pajsaġġi ta’ lwien mill-isbaħ, pajsaġġi Maltin, kollha jirriflettu l-ġmiel ta’ gżiritna, kollha jarmu fwieħa Maltija, ta’ kittieba u osservatriċi Maltija, li b’sengħa kbira għarfet twaħħad magħhom l-istess ħsusha, ħajjitha, l-esperjenzi tagħha, sbieħ u koroh, l-imħabba tagħha lejn Art Twelidha, lejn il-familja tagħha.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Grazzi mill-qalb tat-tagħrif anness.

    Therese Pace illum hija poetessa stabbilita u din l-istabbilita’ kisbitha għax għandha ħila tgħaqqad is-sensittivita’ femminili tagħha mal-intelletwalita’ li tħaddan.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s