Proust_Ghat-Tfittxija taz-Zmien Mitluf

“Ħafna jqisu din l-ewwel parti ta’ dan ir-rumanz b’seba’ friegħi kandelabri bħala l-preludju jew il-ftuħ orkestrali tat-tema prinċipali [ta’ La Recherche], jiġifieri t-tfittxija taż-żmien mitluf li effettivament tirriferi għall-imgħoddi jew b’mod ambigwu għall-ħin mitluf.

Iż-żmien hu l-akbar u l-ifjen ħalliel; jisirqilna ħinna l-ħin kollu u ħadd ma għandu s-setgħa jżommu! Iżda Proust jipprova juri li għalkemm iż-żmien jinsterqilna u jintilfilna xorta waħda ninsabu f’qagħda li nerġgħu nsibuh, kemm b’mod volontarju kif ukoll b’mod involontarju. Kif jgħid Bowie Malcolm fix-xogħol ta’ Proust: “Time may be measured as a connected series of physical events, sense-perceptions, and mental promptings (…).”

B’hekk, ir-rumanz jibda f’wieħed mill-mumenti li fih in-narratur – li jibqa’ sal-aħħar ta’ Combray mingħajr ma jiżvela ismu billi jirreferi għalih innifsu bħala “je” (“jien/a”) u li aktar tard fir-rumanz jidentifika ruħu bħala Marcel (li jinkorpora fih kemm lil
Marcel in-narratur kif ukoll lil Marcel l-awtur awtobijografist) – jiftakar fit-taħwid li jgħaddi minn moħħu meta jkun qed jistenbaħ mill-irqad u jqabbel l-istat li jkun fih f’dak il-mument bħallikieku kien wieħed li jseħħ wara speċi ta’ metempsikosi (riinkarnazzjoni). Dan il-mument li fih il-konxju jkun għadu taħt l-influwenza tal-irqad iġiegħlu jiftakar fil-kmamar tassodda differenti li raqad fihom, u fil-proċess jiftakar fi tfulitu meta f’okkażjoni minnhom ġie mċaħħad mill-bewsa li ommu bi drawwa kienet tagħtih qabel jorqod.” p.xxiii

Marcel Proust, Għat-Tfittxija taż-Żmien Mitluf: Mix-Xaqliba ta’ Dar Swann – Combray (traduzzjoni ta’ Paul Zahra) 2016, 250 pp.

Il-ktieb ma jinsabx għall-bejgħ fil-ħwienet. Min jixtieq jixtri kopja jista’ jikkuntattja lil Paul Zahra f’dan l-indirizz elettroniku classicu@live.be

Il-prezz hu 15-il ewro li jinkludu l-ippakkjar u l-posta reġistrata. Tingħata wkoll irċevuta tal-VAT.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif mehmuż. Dan il-ktieb ta’ Marcel Proust, tradott minn Paul Zahra, jidher li hu wieħed minn sensiela ta’ pubblikazzjonijiet li joffru sfida intelletwali.

    Fil-fehma tiegħi, il-vera letteratura.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s