Gerfex, Betta u l-Internet (JPG)

Mastru Gerfex u Betta Trombetta ma kinux jafu ’l xulxin għax hu minn Ħal Busbies u hi toqgħod Ħal Faqqus. Imma x-xorti riedet li għal din l-istorja jiltaqgħu, iqattgħu ġimgħa flimkien u jidħlu fi ġrajja mhix tas-soltu.

U ma jistax jonqos li f’din l-istorja jidħlu wkoll mart ix-xwejjaħ, in-nanna Lugrezja, u n-neputijiet tagħhom Ivan u Yvette. Niltaqgħu wkoll ma’ Ferfex, il-kelb ta’ Mastru Gerfex, u naraw kif dan il-kelb kbir idewwaq snienu lil Kaspru l-Amerikan, ir-raġel skifuż li hu dejjem imqabbad max-xwejjaħ Gerfex. Kaspru wkoll għandu sehem ewlieni fin-nisġa tal-istorja u, biex jasal għall-għan tiegħu, huwa lest li jagħmel kollox.

Karattru ġdid f’dan il-ktieb huwa Wiggles, il-pappagall imlewwen li Mastru Gerfex xtara dan l-aħħar. L-istorja kollha ddur mat-tema tal- internet u aktarx li Wiggles huwa l-iktar wieħed li jifhem f’dan is-suġġett għax, kull meta jissemma xi apparat elettroniku, jaqbeż hu biex ikellimna dwaru.

U dawn l-elementi kollha jagħmlu l-istorja tassew interessanti.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Kotba bħal dawn, li jidhru tat-tfal, ikollhom messaġġ morali sottili mill-aqwa. Niżżikħajr tat-tagħrif.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s