sebbelliku 3d

SEBBELLIKU huwa ġenju dħuli li jitħabbeb  ma’ Jean-Paul b’mod mhux tas-soltu. Għall-ewwel jibda jidhirlu u jkellmu direttament permezz tal-internet minn fuq l-iskrin tal-laptop u tal-ismartphone u, aktar tard, jibda jiltaqa’ miegħu personalment.

Fl-ewwel laqgħat Jean-Paul donnu jibża’ minn Sebbelliku minħabba d-dehra stramba tiegħu u l-fatt li l-ġenju jaf ħafna dwaru. Imma mbagħad isiru ħbieb kbar.

Il-ġenju jgħid lil Jean-Paul li huwa jaf bix-xewqa sigrieta li għandu u lest li jgħinu jaqta’ din ix-xewqa kbira. Imma l-ewwel iridu jgħaddu flimkien minn bosta avventuri x’aktarx strambi.

Fil-kamra ta’ Jean-Paul ikun hemm armarju fil-ħajt li soltu jerfgħu fih xi ħwejjeġ u oġġetti oħra li ma jkunux jintużaw, imma, meta Sebbelliku jgħid lil Jean-Paul jiftħu, dan isib indana taraġ li tiżbokka fi Triq ix-Xaradi. Jean-Paul jinżel jimxi tul din it-triq u tibda sensiela ta’ avventuri u problemi li kien jeħtieġlu jsolvi.

X’kienet ix-xarada li Jean-Paul kellu jsolvi fit-Torri l-Isfar? X’ġara meta ħalliel armat ħabat għal JP biex jisirqu? X’ġara meta żewġt ibniet żgħar riedu t-tnejn l-istess pupa? X’għamel JP meta tifel żgħir kien imsakkar f’karozza fix-xemx? Kif irnexxielu JP jgħin lil xwejjaħ jaqsam għadira b’nagħġa, lupu u qatta silla? U, fuq kolllox, x’kienet ix-xewqa sigrieta ta’ JP ? U jirnexxilu Sebbelliku jagħmel li din ix-xewqa sseħħ?

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Nirringrazzjak ħafna tat-tagħrif anness. Carmel G.Cauchi jibqa’ jimmeravilja udjenza wiesa’ bil-fantasija li żżewwaq il-letteratura tiegħu u Jean Paul u Sebbelliku hu testimonjanza oħra ta’ x’irrid infisser dwaru.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s