L-Ahhar Majnata_Bertram Portelli

Malli nistenbħu ta’ kull filgħodu, inkunu qed niftħu tieqa għal esperjenzi ġodda li mhux kollha nkunu qed nistennewhom. Il-ħajja tlaqqagħna ma’ diversi sitwazzjonijiet u ċirkustanzi differenti ta’ nies li jkunu għaddejjin minn mumenti ta’ tbatija u ta’ persuni oħrajn li jwasslu lil ħaddieħor biex ibati minħabba kliem, azzjonijiet jew inkella attitudni ta’ indifferenza.

Il-ġabra ta’ novelli bl-isem ta’ L-Aħħar Majnata ta’ Bertram Portelli hija sforz biex jitlaħħmu ftit minn dawn l-esperjenzi li jġarrbu persuni differenti. Hemm esperjenzi li niltaqgħu magħhom fil-pubbliku; hemm esperjenzi diffiċli li jiġġarrbu bejn l-erba’ ħitan tad-dar.

F’dawn il-ġrajjiet insibu karattri li jħossu l-weġgħa ta’ għajrhom u oħrajn li huma kiesħa silġ għas-sofferenzi ta’ ħaddieħor. Din il-ġabra hija sfida għall-qarrej biex imiss, anki jekk għal ftit, il-ġerħa li tnixxi d-demm ta’ wħud mill-karattri li jixirfu f’dawn in-novelli.

Għalhekk, din id-damma ta’ novelli hija mixja li se jagħmel kull qarrej huwa u jpassi u josserva kwadri differenti, bħal ritratti, ta’ aspetti mill-ħajja soċjali li għalkemm nafu li jeżistu, mhux dejjem nieqfu u naħsbu sewwa dwarhom.

Naomi tinsab kuntenta li qalgħet dak kollu li kellha fl-istonku fil-ġimgħa tal-festa.  Jake jixtieq igawdi festa bis-sens.

Giovanna Abdilla Borg Costanzi trid tara x’se tagħmel biex tnaqqas mill-ikel li qed tiekol waqt li Abdullah jixtieq qatra ilma fuq ilsienu.

Kekina qed tgħix ġo ċella f’darha għax xi tfal iddeċidew li jagħmlulha ħajjitha infern.

David ma jafx kif se jġib ruħu ma’ sħabu meta dawn jibdew jgħajruh.

Jonathan jirritorna d-dar għall-aħħar darba mix-xogħol tiegħu għax il-lukanda għalqet.

Iż-żrinġijiet jirbħu l-elezzjoni u jibdew imexxu r-renju tal-annimali .

Frederick jattendi għall-funeral u jagħmel kif jgħidulu.

Cristina hija ferħana se ttir għax tinsab ċerta li se tmur sparata l-Ġenna wara mewtha. Almenu, hekk qed jgħidilha l-ktieb l-aħmar.

Grezz qiegħda tistenna lil bintha u lill-familja tagħha biex tqatta’ l-Milied magħhom.

Il-floor manager qed jagħmel sinjal lil dawk li huma preżenti fl-istudio biex jagħmlu t-tissues m’għajnejhom taparsi qegħdin jibku.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. Naħseb li Bertram Portelli hu awtur ta’ ħila biżżejjed li jidħol għall-isfida (mhux dejjem faċli, anzi…) li jpitter letterarjament is-sentimenti moħbija u mhux daqstant moħbija tar-ruħ skomda jew komda żlugatament.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s