inhobbok cv2

Inħobbok!, ktieb bl-istampi ġdid ippubblikat mill-Merlin Publishers, huwa ċelebrazzjoni ta’ waħda mill-iżjed rabtiet umani b’saħħithom li jeżistu – l-imħabba ta’ omm lejn uliedha u l-imħabba tal-ulied lejn ommhom.

Skont minn liema naħa tiftaħ il-ktieb: minn naħa waħda nsibu lill-omm tgħid lil binha kemm tħobbu: “Inħobb narak toħlom maġenbi”, u malli mbagħad iddawwar il-ktieb u tiftħu min-naħa l-oħra, issib lit-tifel jgħid lil ommu dak kollu li jħobb dwarha: “Inħobb ir-riħa tfuħ tiegħek”. Dawn iż-żewġ rakkonti jiltaqgħu ħelu ħelu eżatt f’nofs il-ktieb, b’illustrazzjoni mill-isbaħ fejn l-imħabba tinfexx fi splużjoni ta’ kuluri u emozzjonijiet.

Miktub oriġinarjament mill-awtriċi u attriċi famuża Portugiża Fernanda Serrano, bl-illustrazzjonijiet ta’ Sandra Serra, Inħobbok! ġie addattat  għall-Malti minn Leanne Ellul – awtriċi fost l-iżjed promettenti tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ kittieba Maltin – li rnexxielha tagħti ħajja Maltija lil din l-imħabba straordinarja, b’Malti ritmat u melodiku kif taf tikteb Ellul.

Inħobbok! jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www.merlinpublishers.com

inhobbok spread 1

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness dwar il-ktieb Inħobbok. Ir-relazzjoni bejn l-omm u l-ulied tibqa’ saħansitra wara l-mewt fiżika ta’ xi ħadd minnhom.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s