Gwida ghall-Malti Komunikattiv

L-awtur Charles Daniel Saliba għadu kemm nieda ktieb ġdid bl-isem Gwida għall-Malti Komunikattiv. Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek tikkomunika aħjar bil-Malti miktub. Fih se ssib pariri u mudelli ta’ kif tagħmel tipi ta’ kitbiet differenti li niltaqgħu magħhom fi żminijiet differenti matul ħajjitna. Fih jinkludi pariri konċiżi u mudelli ta’ kif tagħmel: komponimenti ta’ stili differenti;  ittra formali, informali, f’gazzetta, għal xogħol u ittra elettronika; avviż, deskrizzjoni, direzzjoni, djalogu, kapxin, lista, messaġġ, rapport, reklam, slowgan, struzzjoni, taqsira u traduzzjoni. Saliba fassal ukoll taħriġ fuq kull sezzjoni. L-awtur huwa għalliem tal-Malti, li għallem il-livelli kollha tal-MATSEC, jaf x’diffikultajiet iħabbtu wiċċhom magħhom l-istudenti u għalhekk fassal dan il-ktieb biex jgħinhom. Dan il-ktieb huwa tajjeb biex jintuża b’mod individwali, fi gruppi, jew l-iskola. Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur is-sit www.charlesdanielsaliba.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif anness. M’hemmx dubju li awtur/għalliem bħal Charles Daniel Saliba, b’kitbietu mxandra, qed jagħmel ġid imprezzabbli lil Ilsienna u l-Grammatika tiegħu.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s