Tnedija tal-LEXICON jew Dizzjunarju Malti-Latin-Taljan

Fl-okkażjoni tat-tnedija tal-Lexicon jew Dizzjunarju Malti-Latin-Taljan (edizzjoni Mons. Lawrenz Cachia) l-Akkademja tal-Malti għada se tippreżenta r-restawr tal-Prospetto per un’ associazione tal-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli lill-Arċipriet tan-Naxxar. L-Akkademja daħlet għall-ispejjeż tar-restawr li kien fi ħsieb Dr Theresa Zammit Lupi.

It-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2016

Id-Dar tal-Kleru, Birkirkara, 7 pm

PROGRAMM

Il-ħidma ta’ Mons. Lawrenz Cachia b’risq Vassalli

Prof. Albert Borg

* * *

X’jirrappreżenta Vassalli għalina

Trevor Żahra

* * *

Lil Mikiel Anton Vassalli (Dun Karm)

Qari ta’ Karmen Azzopardi

* * *

L-għanja Vassalli u kelmtejn fuq is-sehem ta’ Mons. Cachia fl-Akkademja

Prof. Manwel Mifsud

* * *

L-edizzjoni l-ġdida ta’ Ktyb yl Klym Malti

Mons. Lawrenz Cachia

* * *

L-aħħar skoperta fuq Vassalli

Paul Catania – l-arkivista tal-parroċċa tan-Naxxar

* * *

Lil Mikiel Anton Vassalli (Ġorġ Pisani)

Qari ta’ Karmen Azzopardi

* * *

Preżentazzjoni tal-Prospetto (1820) irrestawrat mill-Akkademja tal-Malti lill-Arċipriet tan-Naxxar.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Tnedija tal-LEXICON jew Dizzjunarju Malti-Latin-Taljan

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikħajr tat-tagħrif dwar it-tnedija tal-Lexicon jew Dizzjunarju Malti-Latin-Taljan editjat minn Mons.Lawrenz Cachia li fejn għandu x’jaqsam Mikiel Anton Vassalli u Dun Karm Psaila, huwa awtorita’. Nifraħ minn qalbi, lill-Akkademja tal-Malti li daħlet għall-ispejjeż tar-restawr tal-Prospetto per un’ associazione tal-Lexicon ta’ Vassalli. M’għandix dubju li kienet serata bi programm mill-aqwa. Naf li Karmen Azzopartdi, apparti li hija attriċi veterana bravissima, tiġi mill-kittieb u ħassieb Mikiel Anton Vassalli nnifsu u allura l-parteċipazzjoni tagħha, f’din is-serata, tista’ tgħid li hija waħda naturali.

    Nifraħ lil kull min għaraf tassew il-valur fil-kontenut Vassalli, u tah il-ġieħ mistħoqq.

    Huwa ġie vindikat bl-imħabba tagħkom.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s