avventuri

Avventuri mill-klassi ta’ Miss Ambrozja Pulis Kiftaranipenġini  hija storja ta’ erbat  itfal fis-sitt sena tal-iskola primarja ta’ Ħal Zekzekkel. L-għalliema ġdida tagħhom – Miss Ambrozja Pulis “Kiftaranipengini” hija saħħara, imma dan huwa sigriet. Hija tibgħathom fuq vjaġġi virtwali ’l barra mill-iskola biex iħaddmu rashom u jsolvu problemi fejn huma stess jistgħu jkunu fil-periklu! Però Miss Ambrozja hija speċi ta’ anġlu kustodju, għax meta t-tfal jaqtgħu qalbhom fejn ikunu, hija titrasportahom lura fil-klassi mingħajr ma ħadd jiftakar xejn!

F’din l-istorja kull tifel u tifla jispiċċaw waħedhom fuq gżira  mitlufa u minsija minn kulhadd. Hemmhekk jiltaqgħu ma’ raġel li kien ilu ħafna jipprova jaħrab u qatt ma rnexxielu. L-isfida għal Paskal, Furtu, Larissa u Egon hija kif se jħarrbu lil dan ir-raġel minn fuq din il-gżira.

Jirnexxilhom tgħid? Kif?


 

Audrey Friggieri twieldet fit-12 ta’ Settembru  1968 u hija l-ikbar fost tlett aħwa. Trabbiet ġo Ħal Luqa, fejn hija wkoll attendiet l-iskola primarja. Ta’ ħdax-il-sena bdiet titgħallem il-Ġermaniż fl-iskola sekondarja. Aktar tard saret għalliema ta’ din il-lingwa.

Ta’ 12-il-sena ppruvat tikteb l-ewwel ktieb tagħha u anke bdiet tikteb xi poeżiji. Studjat l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż fis-6th form – jew New Lyceum, kif kien magħruf fit-tmeninijiet. Hija ggradwat bħala għalliema mill-Università ta’ Malta fl-1991. Fl-2005 hija mbagħad reġgħet iggradwat  M.Ed.  

Audrey hija miżżewġa u għandha żewġt itfal. Taħdem bħala assistenta kap fi skola sekondarja tal-gvern. Avventuri mill-Klassi ta’ Miss Ambrozja Pulis Kiftaranipenġini huwa l-ewwel pubblikazzjoni tagħha.

Il-ktieb ġie ppubblikat minn Merlin Publishers u kien innominat għall-premju nazzjonali tal-ktieb 2013.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżik ħajr qatigħ tat-tagħrif anness. Audrey Friggieri salpat fuq avventura nteressanti għat-tfal, li tiżviluppalhom l-immaġinazzjoni fertili tagħhom aktar u tistimulahom iħobbu l-qari bil-Malti.

    F’kotba bħal dawn, li aħna nsejħulhom “tat-tfal” għax naturalment huma primarjament indirizzati għalihom, issib rikkezza organizzattiva fl-estetika tal-ktieb innifsu. M’għandniex xi ngħidu, l-illustrazzjonijiet ikunu forċini primarji għall-immaġinazzjoni taċ-ċkejknin tagħna. Illum, dawn l-istejjer/avventuri jixhdu l-iżvilupp fl-istejjer għat-tfal li pajjiżna huwa xxurtjat li dejjem kellu riżors grandjuż minn kittieba tajbin, għalihom. Nifraħ lil Audrey Friggieri u nħeġġiġha tkompli tagħni l-letteratura tagħna, b’aktar kitbiet bħal dawn.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s