luciano cover

Ninsabu Malta ftit qabel ma bdiet is-sena 1900. F’razzett ġo Wied Babu jgħixu flimkien żewġt aħwa nisa; Susann miżżewġa lil Dwardu li jkollhom tarbija, Bettina; u Mattea li żżewġet qabilha lil Peppin li ma jkollhomx tfal. Id-destin ried li fl-istess inħawi jitwieled Luciano f’ċirkustanzi strambi li jispiċċa f’dirgħajn Mattea biex trabbieh. Min kien sewwa sew dan it-tifel?

Malli jibda jitfarfar isir jaf dwar ommu, imma qatt dwar missieru. Jikber ftit ieħor u tfaqqa’ l-Ewwel Gwerra Dinjija li jkollha effett kbir fuq dawn iż-żewġ familji. Aktar minn hekk, ftit wara jibda l-flaġell tal-Influwenza Spanjola, b’mijiet ta’ Maltin jisfaw vittmi.

Luciano u Bettina li kienu jaħsbu li huma kuġini miġbudin sew lejn xulxin. Bettina tilħaq tabiba bir-riskju li tittieħed bil-marda hi wkoll. X’ser jiġri minn dil-koppja ta’ maħbubin? Tgħid Luciano jsir jaf xi darba min kien missieru?

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. Dan il-ktieb ikompli jseddaq kotba oħra ta’ rakkonti bi sfond storiku b’konnessjoni ma’ pajjiżna.

    Lina Brockdorff għandha pinna, li llum hija maħbuba minn kulħadd, għax tinseġ stejjer ħelwin, li saħansitra jekk tkun tippreferi ġeneri oħra fil-letteratura, ma tiddistakkax mill-ġeneru tagħha.

    Apparti dan, hija kittieba brava ħafna, li minbarra li tagħmel ġieħ lill-letteratura Maltija, tixhed kemm il-mara Maltija għandha l-istess ħila intelletwali daqs raġel. Lina Brockdorff, fetqet is-siparju li kien jifred liż-żewġ sessi, għax kitbietha, tingħoġob mhux minn nisa biss. Luciano tidher ġrajja mħawwra bl-elementi kollha li jagħmlu storja interessanti. Grazzi lilkom tal-Akkademja tal-Malti u Prosit lil Lina Brockdorff.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s