Victor Fenech fil-programm “Imrieżaq”

L-Imrieżaq ta’ nhar il-Ħadd, 28 ta’ Frar isemmu lil Vincenzo Busuttil, edukatur u kittieb prolifiku li sa mill-1894 kiteb dwar it-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna.

Charles Coleiro jkompli r-rokna ”rimedji primittivi għall-fejqan” u jieħu aktar idjomi mill-kelma ‘qalb’ – ”qalbu ħebritu” u l-bqija, u oħrajn mill-kelma ‘mnieħer’ – ”mnieħru mxammar”… Isemmi wkoll xi qwiel b’rabta ma’ Frar.. U ma tonqosx il-Ħaġa Moħġaġa.

Il-mistieden tal-programm hu Victor Fenech, poeta, ġurnalist u membru fil-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti li jfakkar ukoll żmien il-Moviment Qawmien Letterarju u l-attivitajiet li biddlu l-ħajja soċjo-kulturali fis-snin sittin.

Bħas-soltu l-programm jinstema’ fuq Radju Malta l-Ħadd filgħodu wara l-Aħbarijiet tal-10am.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Victor Fenech fil-programm “Imrieżaq”

  1. Mario Griscti says:

    Imrieżaq hu programm li indubbjament irnexxa. Irnexxa għax hu ppreżentat minn bniedem li ħabb bis-serjeta’ lil Malta b’dak kollu li hu tagħha, Charles Coleiro. Li hemm ikompli sabiħ fis-Sur Coleiro, hija, li huwa bniedem li baqa’ kontemporanju, ma qdiemx, baqa’ frisk u ġeddied. Apparti dan, baqa’ saqajh ma’ l-art, ikellem u jsellem lil kulħadd b’kariżma kbira. Hu tassew kredenzjalita’ poetika.

    Victor Fenech, wieħed mill-poeti tar-rivoluzzjoni letterarja Maltija tas-sittinijiet huwa moħħ ta’ dawl kbir, edukatur prim u intelletwali indiskuss. Dwar Vincenzo Busuttil (imissni nistħi) naf ftit li xejn u għalhekk ħerqan għal Imrieżaq ta’ għada, biex nitgħallem dwaru.

    Niżżikom ħajr minn qalbi, ħbieb għeżież, ta’ dan it-tagħrif anness.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s