Il-Malti għall-Barranin: Ktieb ieħor u CD

Maltese Grammar Essentials 2

L-awtur Charles Daniel Saliba għadu kemm nieda ktieb ġdid u CD li jkompli mas-sensiela ta’ kotba Malti/Ingliż, bl-isem Maltese for Foreigners. Maltese Grammar Essentials in Context 2 huwa ktieb tal-grammatika miktub bil-Malti u bl-Ingliż, li permezz tiegħu wieħed jista’ jitgħallem il-grammatika Maltija permezz ta’ siltiet tal-qari u sitwazzjonijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. L-eżerċizzji u l-attivitajiet li fih huma ddisinjati biex wieħed jitgħallem il-lingwa f’kuntest, filwaqt li jgħin fit-tagħlim tal-vokabularju, fil-fehim mis-smigħ kif ukoll fil-ħiliet komunikattivi. Barra minn hekk Saliba aġġorna wkoll is-CD bl-awdjo tal-ktieb biex l-istudenti jkunu jistgħu jisimgħu kelliema nattivi jaqraw it-testi jew janimaw id-djalogi. Dan il-ktieb huwa perfett għal kors preintermedju u huwa tajjeb biex jintuża b’mod individwali, fi gruppi, jew l-iskola. Għal aktar informazzjoni fuq il-ktieb tista’ żżur is-sit www.charlesdanielsaliba.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

2 Responses to Il-Malti għall-Barranin: Ktieb ieħor u CD

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif li għoġobkom twassluli. L-awtur Charles Daniel Saliba reġa’ b’kontribut illustri favur il-Malti, din id-darba b’dan il-kltieb grammatikali għal studenti barranin ta’ l-Ilsien u l-Grammatika Maltija.

    J’Alla, li permezz ta’ kotba bħal dawn, aktar barranin mhux biss jitgħallmu lsienna, imma wkoll iħobbuh u japprofondixxu fih. Nemmen li dan il-kontribut letterarju mhux ser jisfa’ fix-xejn, anzi, ser jirriżulta’ f’suċċess.

    Kotba bħal dawn, jibnu pedament sod, għal min għadu iebes fil-grammatika Maltija u wkoll għal dawk, li għax ma twieldux hawn u kienu privi mill-esperjenza Maltija, bil-Malti ma jafu xejn. Għaldaqstant, irrid nifraħ lis-Sur Charles Daniel Saliba għal din il-kontribuzzjoni illustri ta’ eċċellenza.

    B’Imħabba:

    Mario

    Liked by 1 person

  2. Għażiż Mario,
    nirringrazzjak ħafna tal-kummenti pożittivi tiegħek u tal-inkoraġġiment. Napprezza immens!
    Inselli għalik
    Charles

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s