Gramma, ta’ Leanne Ellul

unnamed

Is-sorpriża tal-aħħar Festival tal-Ktieb żgur kien ir-rumanz Gramma, ktieb għall-adolexxenti li jeħodna fid-dinja ta’teenager t’14-il sena, Analiża: il-ħajja, l-imħabba u l-problemi tagħha. U l-konvivenza tagħha mal-anoressja.

“Imma r-rumanz mhux lezzjoni jew tagħlima dwar l-anoressja,” qalet l-awtriċi Leanne Ellul, li bi Gramma qed tagħmel id-debutt tagħha. Ir-rumanz seraq il-qlub tal-qarrejja bl-istil aċċessibbli, frisk u żagħżugħ tal-kitba, bl-episodji mill-ħajja ta’ kuljum li naqraw fih, u bin-nuqqas ta’ prietki jew ġudizzju fit-ton tal-awtriċi hi u tittratta suġġett delikat bħalma hu l-anoressja.

Gramma rebaħ il-Premju Kitba għall-Adolexxenti 2014, u Ellul hija wkoll rebbieħa ta’ edizzjoni preċedenti tal-Premju Francis Ebejer.

Gramma, ktieb għall-adolexxenti bil-Malti li daħal fil-klassifika tal-Aktar 10 Kotba Mibjugħa fil-ħwienet tal-Agenda.

Gramma jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba u online direttament minn http://www.merlinpublishers.com/book_search_mlt.php?textfield=Gramma

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s