Kotba Għat-Tfal Għal Żmien Il-Milied

Jien kamra kerha_Il-Klabb Kotba Maltin għadhom kif ħarġu żewġ kotba għat-tfal li huma ideali bħala rigal għal żmien il-Milied. Dawn ħarġu sew separati bħala parti mis-sensiela ta’ qari ‘Klaklamin’, kif ukoll it-tnejn flimkien b’qoxra iebsa għal dawk li fil-Milied iħobbu jagħtu kotba divertenti u ta’ tagħlim tajjeb lit-tfal tagħhom.

Jiena Kamra Kerha hu rakkont ta’ kif l-ambjent rurali Malti qed jinqered bil-mod il-mod. Għaldaqstant il-kitba hi għajta muġugħa favur l-art li tant ħadmu għaliha missirijietna, u li ilha tinbiegħ biċċa biċċa sakemm għad naslu li ma jibqgħalna xejn mill-ambjent naturali li tana Alla. Il-ktieb hu ddedikat “lit-tfal kollha li jħobbu lil Art Twelidhom u b’ħeġġa kbira jibżgħu għaliha.”

Jiena Kewkba Ċkejkna jibda b’deskrizzjoni poetika tal-bidu tad-dinja u kif l-aktar kewkba żgħira u umli ingħażlet mill-Ħallieq biex tħabbar l-akbar ġrajja fil-kultura tagħna, it-twelid ta’ Ġesù Bambin. Mill-ġrajja qalila tal-Ġenesi r-rakkont jgħaddi għat-twelid ta’ tarbija f’għar fqajjar mnejn faqqset Fidi ġdida. Il-ktieb huwa ddedikat “lit-tfal kollha li jħobbu l-Milied, b’Ġesù fil-qalba tiegħu.”

Iż-żewġ kotba huma miktubin minn Victor Fenech fi proża mexxejja li sikwit taqleb f’  poeżija ħafifa, waqt li l-illustrazzjonijiet f’kull paġna jixhdu s-sbuħija enormi fl-istil li drajna nassoċjaw ma’ Marisa Attard. Min jixtrihom ma jiddispjaċihx żgur.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s