Marco Galea fil-programm NWAR dwar ir-riċerka b’rabta mat-Teatru Malti

Dr Marco Galea_ritrattNhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru, fuq Radju Malta 1, fis-7pm.

MARCO GALEA Studja fl-Università ta’ Malta u fid-Dipartiment tad-Drama u Arti Teatrali  fl-Università ta’ Birmingham fir-Renju Unit, minn fejn fl-2004 ħa dottorat fl-Istudji Teatrali. Huwa ppubblika numru ta’ kotba u r-riċerka tiegħu hi marbuta mal-letteratura Maltija, l-Istorja tat-Teatru Malti u t-Teatru Postkolonjali. Bejn l-2005 u l-2007 kien President tal-Akkademja tal-Malti u kien bit-tħabrik tiegħu li l-Akkademja ssieħbet fil-European Writers’ Council. Mill-2010 beda jgħallem l-Istudji Teatrali fl-Istitut tal-Mediterran u mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università fejn għallem fuq in-narratoloġija u t-teorija postkolonjali.

Id-dramm tiegħu Għażiż Francis dwar id-drammaturgu Francis Ebejer deher fuq il-palk fl-2007 u deher mill-ġdid fl-2008 waqt il-Festival Internazzjonali tal-Arti f’Malta.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to Marco Galea fil-programm NWAR dwar ir-riċerka b’rabta mat-Teatru Malti

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. M’hemm l-ebda dubju li b’personalitajiet bħas-Sur Marco Galea, il-programm NWAR ikompli t-triq tas-suċċess tiegħu u jkabbar in-numru ta’ semmiegħa tiegħu, li jinteressahom bis-sħiħ u jħobbu qatigħ pajjiżna, b’kull tajjeb li joffri.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s