DingDongDonnha l-ħajja f’Malta ma tistax timxi mingħajr il-ħoss effettiv tad-ding dong. Din ir-realtà hija riflessa f’kull aspett tas-soċjetà Maltija, tant li kollox qisu jrid jew ikun maqsum fi tnejn inkella frammentat biż-żewġ.

Issib id-ding dong fl-oqsma tal-kultura (żewġ baned, żewġ qaddisin), tal-politka (żewġ partiti, żewġt ilwien), tal-isport (żewġ klabbijiet, żewġ kampjonati) eċċ. Tista’ tibqa’ sejjer hekk sal-parroċċi, il-festi, l-għaqdiet soċjokulturali, il-palk, u ż-żewġ gżejjer ewlenin tal-arċipierku Malti. Żewġ tribuwiet? Saħansitra l-bandiera nazzjonali għandha żewġt ilwien!

Iżda d-ding dong jispikka l-aktar fil-mod kif fis-Seklu 21nitkellmu bejnietna u nitħaddtu ta’ kuljum fid-dar, fit-triq, fil-knisja, fil-każin, fuq ir-radju u t-televiżjoni….u kif niktbu u nistampaw fuq il-ġurnali u l-għejjun elettroniċi tal-aħbarijiet.

Il-Lingwa tad-Ding Dong (Horizons, 2015) jitfa’ dawl qawwi fuq il-qagħda tal-Ilsien Malti llum minn lenti ta’ ġurnalist frustrat li għamel karriera sħiħa jipprova jsib tarf ta’ dan il-fenominu lingwistiku billi ħadem, u għadu jaħdem, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, iż-żewġ lingwi (erġajna!) uffiċjali ta’ Malta.

F’idejk issib kummentarju ħaj dwar l-annimal stramb li jġib l-isem ta’ “bilingwiżmu”. Toħroġ waħidha l-mistoqsija: Il-bilingwiżmu tal-Maltin ifisser li nistgħu noqogħdu nfajru biċċa bil-Malti u biċċa bl-Ingliż jew li, meta rridu jew meħtieġ, nafu nħaddmu ż-żewġ lingwi?

Charles Flores iħares lejn il-bilingwiżmu tal-Maltin matul vjaġġ fuq żewġ binarji – s-sarkażmu intenzjonat u r-realtà li ma nistgħux naħarbuha. Bejnu u bejn ruħu jara ħwejjeġ u veritajiet li forsi fis-saħna tal-mument ta’ diskussjoni jistgħu jaqbżu lil dak li jkun.

Lejn l-aħħar tal-vjaġġ, iżda, ma jonqosx dak il-waqt ċkejken ta’ riflessjoni li joffru l-istudjużi tal-lingwistika biex hekk toħroġ aħjar l-istampa mixtieqa tas-sitwazzjoni llum fejn jidħol l-użu tal-Malti f’kull qasam tal-ħajja Maltija.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s