unnamed

Iċ-ċikkulata, dnub. Anke l-luminata, dnub. Għax id-droga mhix it-trab abjad biss. Ħafna ħin fuq l-internet, dnub. Jekk ma tfittxnix, dnub. Ħafna ħin barra mid-dar, dnub. L-ikel, dnub. L-ikel dnub. Kollox jista’ jkun dnub.

Analiża għandha erbatax-il sena, u minn tal-inqas erbatax-il kilogramma żejda. Missierha kollu arja u ommha l-iċken kas. Imnalla jidħlu f’ħajjitha Daniel u Pappa. U Markita u n-nanna, ovvjament. Dawk dejjem hemm. Bħalma hu dejjem hemm ix-xaħam. L-ikel favorit t’Analiża l-arja (mhux minn ta’ missierha). Tikolha mal-qiegħ taż-żarbun meta tmur timxi, iktar minn darba kuljum.

Li tista’ Analiża, lanqas tixrob, għax l-ilma kapaċi jneffaħ. Jekk tibki, tgħid, tonqos gramma?

GRAMMA huwa rumanz rebbieħ tal-Konkors tal-Kitba għaż-Żgħażagħ 2014 imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġenzija Żgħażagħ. Nhar il-15 ta’ Novembru, Leanne Ellul, l-awtriċi tar-rumanz “Gramma” se tkun fuq l-istand tal-Merlin fil-Festival tal-Ktieb, tiffirma kopji tal-ktieb ġdid tagħha. Dakinhar il-ktieb jinbiegħ bi prezz speċjali ta’ €5.50 minflok €7.00.

 Il-ktieb jista’ jinxtara wkoll minn hawnhekk: http://www.merlinpublishers.com/selectedisbnbook_mlt.php?isbn=9789990915693

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar il-ktieb il-ġdid ta’ Leanne Ellul GRAMMA. Naħseb li Leanne trid tinterpreta l-ħażin tal-estremi, (ħxuna żejda kontra l-iffissar għall-għelubija) problema kontemporanja.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s