L-Ghorfa f'Tarf l-Irdum_Victor FenechMalta lejn tmiem is-seklu 18. Tlitt itfal jisfidaw il-biża’ u l-preġudizzju tar-raħal żgħir tagħhom, jidħlu f’għorfa abbandunata mkebba f’misteru antik, u jinqabdu f’sensiela ta’ ġrajjiet li żgur qatt ma ħolmu bihom. Din hi l-vista li jifrex quddiemna l-awtur Victor Fenech fl-aħħar ktieb tiegħu li ħareġ għat-tfal il-kbar fis-sensiela Il-Ktieb Dejjem Ħabib tal-Horizons, b’illustrazzjonijiet mill-isbaħ ta’ Mark Scicluna.

Kif setgħu jobsru t-tfal li taħt l-istess raħal antik tagħhom għadha teżisti dinja oħra – id-“Dinja ta’ Taħt” tal-ħrejjef antiki – u li fiha għadhom jgħammru żewġ tribujiet opposti f’kunflitt dejjiemi? Għaliex kien importanti għaż-żewġ naħat li jaħtfu lit-tfal taħt idejhom mill-aktar fis? X’inhuma l-avventuri strambi li jiltaqgħu magħhom it-tlitt itfal f’din il-fantasija gotika? U x’daħlu jagħmlu f’dan kollu s-sħaħar iż-żgħar li jgħammru fil-foresta? Jirnexxilhom it-tfal mid-Dinja ta’ Fuq isibu triqthom lura lejn ir-raħal minsi ta’ Ħal Belusa?  Dan hu ktieb, miktub b’Malti mirqum, li jgħaqqad elementi mill-istorja u l-ħrejjef lokali flimkien ma’ drawwiet antiki, u li għandu jħallik bla nifs matul is-sittin ‘sitwazzjoni’ li jgerbu wara xulxin f’sorpriża wara l-oħra.

L-Ghorfa f'Tarf l-Irdum (werrejjiet)Dan is-sett ta’ bookmarks, li juru l-karattri ewlenin tal-istorja, qed jingħataw b’xejn ma’ kull kopja tal-ktieb.

 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni ġdida ta’ Victor Fenech: L-Għorfa F’Tarf L-Irdum-ktieb għat-tfal kbar bi stampi mpressjonanti ta’ Mark Scicluna. Victor Fenech hu wieħed mill-ikoni tal-letteratura ribella/rivoluzzjonarja tas-sittinijiet.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s