FIL-BAĦAR TAD-DMUGĦ ta’ Vladimir Vysotsky

(maqlub għall-Malti minn Yana Psaila), Malta-Iżrael-Polonja, 2015

Din hija l-ewwel ġabra tal-poeżiji tal-poeta, attur u kantawtur leġġendarju Sovjetiku Vladimir Vysotsky (1938 – 1980) maqlubin mir-Russu għall-Malti. Din il-pubblikazzjoni hija edizzjoni limitata, maħruġa mill-Mużew iddedikat lilu fil-belt ta’ Koszalin (Polonja) bl-għajnuna tal-ħbieb mill-Iżrael (ġiet stampata fil-belt ta’ Herzliya). Fiha 14-il kanzunetta tat-tul differenti mifruxin fuq 20 paġna. Yana Psaila għażlet poeżiji għat-traduzzjoni b’tali mod li jispikkaw aspetti diversi tal-karattru u x-xogħlijiet ta’ dan il-poeta. Dawn il-kitbiet fihom spettru vast tal-emozzjonijiet bħal ferħ u dwejjaq, imħabba u wġigħ, sarkażmu u satira, bl-elementi tipiċi tal-mentalità u ambjent Russi, iżda fl-istess ħin xogħlijietu jappellaw għall-qalb ta’ kull qarrej. Għalhekk Vladimir Vysotsky ġieli jissejjaħ “ċittadin tad-dinja”. S’issa il-poeżiji tiegħu ġew maqluba f’102 ilsien.

(IL-PONT, ħarġa Nu. 30)

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to FIL-BAĦAR TAD-DMUGĦ ta’ Vladimir Vysotsky

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness.Mill-istess isem tal-pubblikazzjoni tiegħu, mgħammda FIL-BAĦAR TAD-DMUGĦ, Vladimir Vysotsky jixhed għalih innifsu li hu ċittadin tad-dinja.

    Prosit lil Yana Psaila għat-traduzzjoni.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s