IŻDA DAQSEK LIL ĦADD

Michelle Paris bdiet tistudja l-Arpa Orkestrali fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fl-1999 u fl-2002 bdiet tispeċjalizza fuq l-Arpa Irlandiża. Waqt l-istudji tagħha f’Leeds ingħaqdet mal-Orkestra tal-Arpisti ta’ Transpennine. Fl-2012 Michelle saret membru taċ-Ċentru Irlandiż f’Londra u bdiet tieħu sehem f’kompetizzjonijiet ta’ mużika tradizzjonali. Sal-lum, Michelle hi l-unika Maltija li mhux biss ħadet sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet imma wkoll ġiet l-ewwel fl-Arpa, fil-Pianoforte u fis-Son Nos Singing in Gaelic tliet darbiet wara xulxin u żammet it-titlu prestiġjuż tal-All Britain Champion in Irish Harp għal tliet snin konsekuttivi.

Għall-ewwel darba, Michelle Paris se tieħu sehem fil-kommemorazzjoni Dunkarmjana b’Arpa Ċeltika. Magħha jingħaqdu l-Coro Bel Canto mmexxi mill-Mro Hermann Farrugia Frantz, Trevor Żahra li se jagħmel diskors kommemorattiv u Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda li se jaqraw poeżiji ta’ Dun Karm.

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Dr Owen Bonnici, se jindirizza lill-udjenza u l-programm jagħlaq b’diskors mill-President ta’ Malta l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.

Tmexxi l-programm Cynthia Zerafa.