In-nar fl-ispirtu tiegħi1

CARMEL G. CAUCHI hu wieħed mill-aħjar poeti tal-ġenerazzjoni tiegħu li, f’kuntrast mal-poetika tal-kakofonija u tal-prożajċizzazzjoni, jisfruttaw l-effetti uditivi kollha li għandha l-kelma skont it-tradizzjoni. Il-vers ritmiku regolari, ir-rima (maskili u femminili, alternata, ġewwiena, ħielsa, magħluqa, mbewsa), l-allitterazzjoni, l-istrofa regolari: dawn u forom oħra tal-verbalità letterarja huma mħaddmin b’ħila u bi skop minn waqt għal ieħor. (…)

Bit-tħaddim xieraq u rigoruż tal-mezzi tekniċi li toffri l-arti tal-Poeżija, u bl-espressjoni ta’ temi mġarrba personalment u mwessgħin b’mod li jiksbu xeħta universali, Carmel G. Cauchi qiegħed iħaddem prinċipji tipiċi tal-Poeżija fil-bidu tal-millennju: il-kompromess bejn il-kelma mitħaddta u l-kelma mirquma bi skop letterarju, kif ukoll l-insistenza fuq il-prinċipju li l-interessi tal-espressjoni poetika fiha nnifisha, huma assoluti, kostanti, ’il fuq minn kull staġun letteraru li jiġi u jgħaddi. Huwa kien konsistenti sa mill-fażi bikrija tiegħu. F’din il-kontinwità, imnissla l-aktar mill-qawwa tal-konvinzjoni letterarja tiegħu, huwa jsib l-identità umana u letterarja tiegħu, waqt li jidħol fil-grupp ta’ dawk il-poeti li fehmu li l-Poeżija tista’ ssalva, bħala kontenut u bħala forma, jekk tibqa’ tislet, u taġġorna, kulma toffri tradizzjoni twla sħiħa.

Mid-Daħla tal-Prof Oliver Friggieri

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif anness. Carmel G.Cauchi hu “profeta” validu.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s