Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija jippreżenta approach ta’ sfida għal kif wieħed jaħseb fuq it-traduzzjoni Maltija. Huwa kors ta’ qari komprensiv fuq il-kwalità ta’ traduzzjoni Maltija, waqt li joffri spjegazzjonijiet ċarissimi fuq problemi teoretiċi involuti fis-suġġett tal-istudji tat-traduzzjoni.

 Fih medda wiesgħa ta’ suġġetti bħal

  • il-ġrajja storika tat-traduzzjoni Maltija
  • bixriet kulturali fit-traduzzjonijiet Maltin
  • xejriet teoretiċi mħaddmin mit-tradutturi Maltin
  • xeħtiet letterarji fil-Malti bħala lingwa mira

U kull wieħed minn dawn is-suġġetti jinfetaħ, bħal murtal tal-ftuħ, f’topiks oħra bit-temi u l-argumenti tiegħu.

 Fil-qofol tiegħu l-ktieb jimplika li l-ħidma tat-traduttur

  • titlob ħakma xierqa ta’ żewġ lingwi
  • fiha struttura progressiva
  • tinvolvi teħid ta’ deċiżjonijiet fuq strateġiji
  • taf tkun attività kreattiva

 Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija huwa għal dawk li jridu jaħdmu fil-qasam tat-traduzzjoni: studenti, professjonisti, riċerkaturi, awturi, xandara, u tradutturi. 

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Mario Griscti says:

    Bla dubju ta’ xejn, li pubblikazzjoni bħal din, hija teżor akkademiku miktuba minn persuna professjonali fil-qasam kemm letterarju kif ukoll edukattiv. Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija bla dubju għandu jkun ikkonsidrat bħala opra oħra tal-Professur Briffa.

    Niżżikom ħajr tat-tagħrif.

    B’Imħabba:

    mario

    Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s